EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0279

Kawża T-279/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Lulju 2012 — Aiello vs UASI — Cantoni ITC (100 % Capri) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Notifika tan-nota tal-parti li qed topponi quddiem il-Bord tal-Appell — Regola 50(1), Regola 20(2) u Regola 67(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Drittijiet tad-difiża” )

ĠU C 258, 25.8.2012, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Aiello vs UASI — Cantoni ITC (100 % Capri)

(Kawża T-279/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Notifika tan-nota tal-parti li qed topponi quddiem il-Bord tal-Appell - Regola 50(1), Regola 20(2) u Regola 67(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Drittijiet tad-difiża)

2012/C 258/26

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Antonino Aiello (Vico Equense, l-Italja) (rappreżentanti: M. Coccia u L. Pardo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Montalto, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cantoni ITC SpA (Milano, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ April 2009 (Każ R 1148/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cantoni ITC SpA u Antonino Aiello.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-2 ta’ April 2009 (Każ R 1148/2008-1), hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009.


Top