EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0255

Kawża T-255/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Lulju 2012 — Caixa Geral de Depósitos vs UASI — Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona ( “la Caixa” ) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva la caixa — Trade mark Portugiża verbali preċedenti CAIXA — Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)” )

ĠU C 258, 25.8.2012, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2012 — Caixa Geral de Depósitos vs UASI — Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona (“la Caixa”)

(Kawża T-255/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva la caixa - Trade mark Portugiża verbali preċedenti CAIXA - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2012/C 258/25

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Caixa Geral de Depósitos, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: F. Porcuna de la Rosa u M. Lobato García-Miján, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J. Manresa Medina, avukati)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Marzu 2009 (Każ R 556/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona u Caixa Geral de Depósitos, SA.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-24 ta’ Marzu 2009 (Każ R 556/2008-2) hija annullata f’dak li jirrigwarda l-prodotti koperti mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni li jaqgħu fil-klassi 16.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Caixa Geral de Depósitos, SA hija kkundannata tbati, minbarra żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha, żewġ terzi tal-ispejjeż tal-UASI, u żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona.

(4)

L-UASI huwa kkundannat ibati, minbarra terz tal-ispejjeż tiegħu stess, terz tal-ispejjeż ta’ Caixa Geral de Depósitos kif ukoll terz tal-ispejjeż ta’ Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona.


(1)  ĠU C 193, 15.08.2009


Top