EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0017

Kawża T-17/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 22 ta’ Mejju 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni ( “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi tal-informatika għal sistema ta’ skambju elettroniku ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà soċjali (sistema EESSI) fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali għall-persuni mobbli fl-Ewropa — Rifjut ta’ offerta tal-offerent — Għoti ta’ kuntratt — Obbligu ta’ motivazzjoni — Trasparenza — Trattament ugwali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Responsabbiltà mhux kuntrattwali” )

ĠU C 258, 25.8.2012, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-17/09) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi tal-informatika għal sistema ta’ skambju elettroniku ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà soċjali (sistema EESSI) fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali għall-persuni mobbli fl-Ewropa - Rifjut ta’ offerta tal-offerent - Għoti ta’ kuntratt - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trasparenza - Trattament ugwali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

2012/C 258/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u P. Katsimani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Bambara u E. Manhaeve, aġenti, inizjalment W. Sparks, solicitor, sussegwentement E. Petritsi, avukat, u fl-aħħar O. Graber-Soudry, solicitor)

Suġġett

Min-naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar iċ-ċaħda tal-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti VT/2008/019 — EMPL EESSI, dwar il-provvista ta’ prodotti u servizzi tal-informatika fil-qafas tas-sistema EESSI (ĠU 2008/S 111-148 213), kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009.


Top