EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0476

Kawża T-476/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Lulju 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Frontex ( “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċeduri ta’ sejħa għal offerti ta’ Frontex — Provvisti ta’ servizzi informatiċi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kriterji ta’ għoti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali” )

ĠU C 258, 25.8.2012, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Frontex

(Kawża T-476/07) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċeduri ta’ sejħa għal offerti ta’ Frontex - Provvisti ta’ servizzi informatiċi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kriterji ta’ għoti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

2012/C 258/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) (rappreżentanti: S. Vuorensola, aġent, assistit minn J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ Frontex, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti Frontex/OP/47/2007 fir-rigward ta’ “servizzi informatiċi, tal-materjal informatiku u tal-liċenzji tas-software” (ĠU 2007/S 114-139890), u tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex), inklużi dawk irriżervati mid-digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2008.


(1)  ĠU C 51, 23.02.2008.


Top