EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0172

Kawża C-172/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 28 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Ludwigshafen am Rhein — il-Ġermanja) — Georges Erny vs Daimler AG — Werk Wörth (Moviment liberu tal-ħaddiema — Artikolu 45 TFUE — Regolament (KEE) Nru 1612/68 — Artikolu 7(4) — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Żieda fil-ħlas mogħtija lill-ħaddiema li jitqiegħdu taħt skema ta’ xogħol part-time li tippreċedi l-irtirar mhux volontarju — Ħaddiema transkonfinali suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fl-Istat Membru ta’ residenza — Teħid inkunsiderazzjoni fittizju tat-taxxa fuq is-salarji tal-Istat Membru tal-impjieg)

ĠU C 258, 25.8.2012, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Ludwigshafen am Rhein — il-Ġermanja) — Georges Erny vs Daimler AG — Werk Wörth

(Kawża C-172/11) (1)

(Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Regolament (KEE) Nru 1612/68 - Artikolu 7(4) - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Żieda fil-ħlas mogħtija lill-ħaddiema li jitqiegħdu taħt skema ta’ xogħol part-time li tippreċedi l-irtirar mhux volontarju - Ħaddiema transkonfinali suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fl-Istat Membru ta’ residenza - Teħid inkunsiderazzjoni fittizju tat-taxxa fuq is-salarji tal-Istat Membru tal-impjieg)

2012/C 258/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgericht Ludwigshafen am Rhein

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Georges Erny

Konvenut: Daimler AG — Werk Wörth

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeitsgericht Ludwigshafen am Rhein, Auswärtige Kammern Landau — Interpretazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE, kif ukoll tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15.) — Żieda fil-ħlas mogħtija lill-ħaddiema li jitqiegħdu taħt skema ta’ xogħol part-time li tippreċedi l-irtirar mhux volontarju — Ħlas inqas favorevoli għall-ħaddiema transkonfinali li jkunu suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fl-Istat ta’ residenza tagħhom biss minħabba li, meta jiġi kkalkolat l-ammont ta’ din iż-żieda, tittieħed inkunsiderazzjoni t-taxxa fuq is-salarju li teoretikament tkun dovuta fl-Istat tal-impjieg

Dispożittiv

L-Artikoli 45 TFUE u 7(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità, jipprekludu li klawżoli ta’ ftehim kollettivi u individwali, li skont dawn żieda fil-ħlas bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li titħallas mill-persuna li timpjega fil-kuntest ta’ skema ta’ rtirar kmieni progressiv, għandha tiġi kkalkolata b’tali mod li t-taxxa fuq is-salarji dovuta fl-Istat Membru tal-impjieg titnaqqas b’mod fittizju waqt id-determinazzjoni tal-bażi ta’ kalkolu ta’ din iż-żieda, filwaqt li, skont ftehim fiskali ddestinat sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja, il-ħlasijiet, is-salarji u r-remunerazzjonijiet analogi mħallsa lill-ħaddiema li ma jirrisjedux fl-Istat Membru ta’ impjieg huma taxxabbli fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ dawn tal-aħħar. Skont l-imsemmi Artikolu 7(4), tali klawżoli huma nulli ipso iure. L-Artikolu 45 TFUE kif ukoll id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 16128/68 jħallu lill-Istati Membri jew lill-imsieħba soċjali l-libertà li jagħżlu fost is-soluzzjonijiet differenti xierqa sabiex jitwettaq l-għan intiż minn dawn id-dispożizzjonijiet rispettivi.


(1)  ĠU C 226, 30.07.2011


Top