EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0007

Kawża C-7/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 28 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Palermo — l-Italja) — Proċeduri kriminali kontra Fabio Caronna (Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Direttiva 2001/83/KE — Artikolu 77 — Distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali — Awtorizzazzjoni speċjali obbligatorja għall-ispiżjara — Kundizzjonijiet għall-għoti)

ĠU C 258, 25.8.2012, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Palermo — l-Italja) — Proċeduri kriminali kontra Fabio Caronna

(Kawża C-7/11) (1)

(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Artikolu 77 - Distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali - Awtorizzazzjoni speċjali obbligatorja għall-ispiżjara - Kundizzjonijiet għall-għoti)

2012/C 258/07

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Palermo

Parti fil-kawża prinċipali

Fabio Caronna

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Palermo — Interpretazzjoni tal-premessa 36 kif ukoll tal-Artikoli 76 sa 84 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69) — Distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali — Kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għad-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali min-naħa tal-ispiżjara u ta’ persuni awtorizzati jew li għandhom is-setgħa li jqassmu prodotti mediċinali lill-pubbliku, għall-pussess tal-awtorizzazzjoni imposta fuq id-distributuri bl-ingrossa — Ammissibbiltà

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/120/KE, tal-14 ta’ Settembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li wieħed ikollu awtorizzazzjoni ta’ distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali tapplika għal spiżjar li, bħala persuna fiżika, huwa awtorizzat, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jeżerċita wkoll attività ta’ bejjiegħ bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali.

(2)

Spiżjar li, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, huwa awtorizzat jeżerċita wkoll attività ta’ bejjiegħ bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali, għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha imposti fuq l-applikanti u fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjoni ta’ distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali bis-saħħa tal-Artikoli 79 sa 82 tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2009/120.

(3)

Din l-interpretazzjoni ma tistax, waħedha u b’mod indipendenti minn liġi adottata minn Stat Membru, toħloq jew iżżid ir-responsabbiltà kriminali ta’ spiżjar li eżerċita l-attività ta’ distribuzzjoni bl-ingrossa mingħajr ma kellu l-awtorizzazzjoni relattiva għaliha.


(1)  ĠU C 80, 12.03.2011.


Top