EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0485

Kawża C-485/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 28 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija favur Ellinika Nafpigeia AE — Inkompatibbiltà mas-suq komuni — Irkupru — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)

ĠU C 258, 25.8.2012, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-485/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija favur Ellinika Nafpigeia AE - Inkompatibbiltà mas-suq komuni - Irkupru - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)

2012/C 258/06

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u M. Konstantinidis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Milonopoulos u K. Boskovits, aġenti, V. Christianos, dikigoros)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/610/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar il-miżuri C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/2002 u CP 133/05) implimentati mill-greċja favur it-tarznari elleniċi (notifikata bid-dokument numru C(2008) 3118) (ĠU L 225, p. 104)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex timplementa d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/610/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar il-miżuri C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/2002 u CP 133/05) implimentati mill-greċja favur it-tarznari elleniċi, u, billi ma ppreżentatx lill-Kummissjoni Ewropea, fit-terminu previst, l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 19 ta’ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 2, 3, 5, 6, 8, 9 u 11 sa 19 ta’ din id-deċiżjoni.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010


Top