EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0012

Kawża T-12/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 4 ta’ Lulju 2012 — Laboratoires CTRS vs Il-Kummissjoni ( “Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Orphacol — Ittra li tinforma lir-rikorrenti dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni — Talba għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni — Inammissibbiltà — Talba għal annullament — Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

ĠU C 243, 11.8.2012, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2012 — Laboratoires CTRS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-12/12) (1)

(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Orphacol - Ittra li tinforma lir-rikorrenti dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni - Talba għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni - Inammissibbiltà - Talba għal annullament - Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 243/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoires CTRS (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: K. Bacon, barrister, M. Utges Manley u M. Barnden, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White u L. Banciella, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u D. Hadroušek, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentant: G. de Bergues, aġent); kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u S. Ossowski, sussegwentement E. Jenkinson u H. Walker, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)

Suġġett

Talba sabiex jiġi kkonstatat nuqqas tal-Kummissjoni milli tieħu azzjoni meta din illegalment naqset milli tieħu deċiżjoni finali dwar it-talba għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Orphacol u, sussidjarjament, talba għal annullament tad-deċiżjoni, li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2011, li ma tagħtix lir-rikorrenti l-imsemmija awtorizzazzjoni.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal nuqqas li tittieħed azzjoni hija miċħuda bħala inammissibbli.

(2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal annullament fformulata b’mod sussidjarju.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Laboratoires CTRS.

(4)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 58, 25.2.2012.


Top