EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FA0063

Kawża F-63/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 13 ta’ Ġunju 2012 — BL vs Il-Kummissjoni Ewropea ( “Servizz pubbliku — Ex uffiċjal — Sigurtà soċjali — Inċident — Għeluq tal-proċedura skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal — Applikazzjoni ratione temporis tal-iskeda annessa mal-verżjoni l-ġdida tal-leġiżlazzjoni dwar l-assigurazzjoni tar-riskji ta’ inċident u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol — Tul tal-proċedura” )

ĠU C 227, 28.7.2012, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/35


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2012 — BL vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-63/10) (1)

(Servizz pubbliku - Ex uffiċjal - Sigurtà soċjali - Inċident - Għeluq tal-proċedura skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Applikazzjoni ratione temporis tal-iskeda annessa mal-verżjoni l-ġdida tal-leġiżlazzjoni dwar l-assigurazzjoni tar-riskji ta’ inċident u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol - Tul tal-proċedura)

2012/C 227/58

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BL (Brussell, il-Belġju), (rappreżentanti: L. Levi u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura miftuħa taħt l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal wara l-inċident tar-rikorrent tat-13 ta’ Awwissu 2001 li rrikonoxxiet fir-rigward tiegħu rata ta’ invalidità permanenti parzjali ta’ 6 % u l-kundanna tal-konvenuta sabiex tħallas lir-rikorrent ammont għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 li tagħlaq il-proċedura miftuħa taħt l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea wara l-inċident tat-13 ta’ Awwissu 2001, li BL safa’ vittma tiegħu, hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas is-somma ta’ EUR 2 500 lil BL.

(3)

Il-kumpalment tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn BL.


(1)  ĠU C 260, 25.9.2010, p. 29.


Top