EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0222

Kawża T-222/12: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Mejju 2012 — National Trust for Scotland vs UASI — Comhairle na Eilean Siar (ST KILDA)

ĠU C 227, 28.7.2012, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/24


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2012 — National Trust for Scotland vs UASI — Comhairle na Eilean Siar (ST KILDA)

(Kawża T-222/12)

2012/C 227/41

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: National Trust for Scotland (Edinburgh, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. MacKenzie, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Comhairle na Eilean Siar (Isle of Lewis, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 310/2011-4, u li tirrifjuta l-applikazzjoni;

tordna li l-UASI u kwalunkwe parti intervenjenti f’dan l-Appell għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u l-ispejjeż tar-rikorrenti għal dawn il-proċeduri u dawk tal-proċedimenti ta’ Appell quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali ST KILDA għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 39, 41 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 283 871

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, b’mod partikolari trade mark mhux irreġistrata protetta fir-Renju Unit, kif ukoll osservazzjonijiet ta’ partijiet terzi taħt l-Artikolu 40 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


Top