Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0656(01)

    Kawża T-656/11 R II: Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tat- 13 ta’ Ġunju 2012 — Morison Menon Chartered Accountants et vs Il-Kunsill ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 227, 28.7.2012, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 227/22


    Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Morison Menon Chartered Accountants et vs Il-Kunsill

    (Kawża T-656/11 R II)

    (Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2012/C 227/36

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Morison Menon Chartered Accountants (Dubai, Emirati Għarab Magħquda); Morison Menon Chartered Accountants — Dubai Office (Dubai); Morison Menon Chartered Accountants — Sharjah Office (Sharjah, Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: H. Viaene, D. Gillet u T. Ruys, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-M. Joséphidès u G. Étienne, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11) u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU l 319, p. 71), inkwantu dawn iżidu mal-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati l-entità bl-isem ta’ “Morison Menon Chartered Accountant”.

    Dispożittiv

    (1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.

    (2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top