Valitse kokeelliset ominaisuudet, joita haluat kokeilla

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja C2012/175/13

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6490 – EADS/Israel Aerospace Industries/JV) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 175, 19.6.2012, s. 34—34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 175/34


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6490 – EADS/Israel Aerospace Industries/JV)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 175/13

    1.

    Fil-11 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi European Advanced Technology SA (“EAT”, il-Belġju) ikkontrollata minn Israel Aerospace Industries Ltd. (“IAI”, l-Iżrael), u Airbus Invest S.A.S. (Franza) ikkontrollata minn European Aeronautic Defence u Space Company N.V. (“EADS”, il-Pajjiżi l-Baxxi) jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkonstitwixxi impriża konġunta (“JV”, il-Belġju) permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għall-EADS: ir-riċerka, id-disinn, l-iżvilupp, il-manifattura, il-modifika, il-bejgħ u l-forniment tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru ċivili u militari, l-armamenti ggwidati, is-satelliti, il-vetturi tal-ajru mingħajr pilota, il-vetturi spazjali, l-elettronika u t-tagħmir tat-telekomunikazzjoni,

    għall-Airbus: l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ ajruplani ċivili u militari,

    għall-IAI: ir-riċerka u l-iżvilupp, id-disinn, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u servizzi oħra relatati primarjament ma’ sistemi spazjali u ta’ missili, inġenji tal-ajru militari u ċivili, l-elettronika militari u l-manutenzjoni tal-ajruplani,

    għall-EAT: l-azjendi ajruspazjali, l-avjazzjoni, id-difiża u setturi relatati,

    fil-każ tal-JV: l-iżvilupp, il-manifattura, u l-kummerċjalizzazzjoni tat-trakters tal-irmunkar tal-inġenji tal-ajru kummerċjali semirobotiċi u ikkontrollati mill-pilota.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6490 – EADS/Israel Aerospace Industries/JV, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Alkuun