This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012A0403(01)
Commission Opinion of 30 March 2012 relating to the plan for the disposal of radioactive waste arising from the extension of the repository for very low-active waste CSTFA, located in France, in accordance with Article 37 of the Euratom Treaty
Opinjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Marzu 2012 rigward il-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv li jirriżulta mill-estensjoni tal-faċilità għall-ħżin ta’ skart b’attività baxxa ħafna CSTFA, li tinsab fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom
Opinjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Marzu 2012 rigward il-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv li jirriżulta mill-estensjoni tal-faċilità għall-ħżin ta’ skart b’attività baxxa ħafna CSTFA, li tinsab fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom
ĠU C 99, 3.4.2012, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
3.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/1 |
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Marzu 2012
rigward il-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv li jirriżulta mill-estensjoni tal-faċilità għall-ħżin ta’ skart b’attività baxxa ħafna CSTFA, li tinsab fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom
(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)
2012/C 99/01
Il-valutazzjoni hawn taħt hija mwettqa skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, bla ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni addizzjonali li trid titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u minn leġiżlazzjoni sekondarja.
Fis-17 ta’Ottubru 2011, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern Franċiż, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom, Dejta Ġenerali rigward il-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li jirriżulta mill-estensjoni tal-faċilità għall-ħżin ta’ skart b’attività baxxa ħafna CSTFA (Centre de Stockage de déchets de Très Faible Activité), li tinsab fi Franza.
L-estensjoni tas-CSTFA tirrigwarda l-kostruzzjoni ta’ żewġ binjiet ġodda għall-ġestjoni ta’ skart radjuattiv b’attività baxxa ħafna: il-binjiet għall-konsolidazzjoni u għall-ħżin.
Abbażi ta’ din id-dejta, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:
|
(1) |
Id-distanza mis-sit sal-fruntiera tal-eqreb Stat Membru, f'dan il-każ il-Belġju, hija 138 km. |
|
(2) |
Il-binjiet tal-faċilità CSTFA għall-konsolidazzjoni u għall-ħiżn mhux se jkunu suġġetti għal awtorizzazzjoni skont limiti speċifiċi għal rilaxxi ta’ effluwenti. Mhumiex previsti rilaxxi ta’ effluwenti radjuattivi likwidi u gassużi. Madankollu, taħt kundizzjonijiet operattivi normali, il-gassijiet radjuattivi joħorġu minn dawn il-binjiet permezz ta’ proċessi naturali ta’ diffużjoni mingħajr ma jikkawżaw esponiment tal-popolazzjoni ta' Stat Membru ieħor, li huwa sinifikanti mill-aspett sanitarju. |
|
(3) |
Fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati ta' effluwenti radjuattivi li jistgħu jirriżultaw minn inċident tat-tip u tad-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li aktarx jaslu sal-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor ma jkunux sinifikanti mill-aspett sanitarju. |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni ta' pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv ikun f'liema forma jkun, li joriġina mill-estensjoni tal-faċilità għall-ħżin ta’ skart b’attività baxxa ħafna CSTFA, li tinsab fi Franza, kemm matul l-operat normali kif ukoll f’każ ta’ inċident tat-tip u tad-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, mhijiex tali li tista’ twassal għal kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-atmosfera ta' Stat Membru ieħor li tista' tkun sinifikanti mill-perspettiva sanitarja.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni
Günther OETTINGER
Membru tal-Kummissjoni