This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0313(02)
Council Decision of 9 March 2012 appointing one member of the Management Board of the European Chemicals Agency
Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta’ Marzu 2012 li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta’ Marzu 2012 li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
ĠU C 74, 13.3.2012, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2015
13.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 74/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta’ Marzu 2012
li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
2012/C 74/04
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala Membri tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”) rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru. |
(2) |
Bid-Deċiżjoni tas-17 ta’ Mejju 2011 (2) il-Kunsill ħatar 15-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija, li wieħed minnhom huwa mill-Portugall. |
(3) |
Il-Gvern Portugiż informa lill-Kunsill dwar l-intenzjoni tiegħu li jissostitwixxi lir-rappreżentant Portugiż fil-Bord ta’ Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta’ Mejju 2015, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Paulo Guilherme DA SILVA LEMOS ta’ nazzjonalità Portugiża, imwieled fid-9 ta’ Lulju 1963, għandu jinħatar membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi minflok is-Sur Mário GRÁCIO għall-perijodu mill-15 ta’ Marzu 2012 sal-31 ta’ Mejju 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
I. AUKEN
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU C 151, 21.5.2011, p. 1.