Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.
Dokument 62011TB0579
Case T-579/11 R: Order of the President of the General Court of 12 December 2011 — Akhras v Council (Interim measures — Common foreign and security policy — Restrictive measures against Syria — Freezing of funds and economic resources — Application for suspension of operation and provisional measures — Lack of urgency — Lack of serious and irreparable harm)
Kawża T-579/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Diċembru 2011 — Akhras vs Il-Kunsill ( “Miżuri provviżorji — Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza — Nuqqas ta’ dannu gravi u irreparabbli” )
Kawża T-579/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Diċembru 2011 — Akhras vs Il-Kunsill ( “Miżuri provviżorji — Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza — Nuqqas ta’ dannu gravi u irreparabbli” )
ĠU C 39, 11.2.2012, str. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/15 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2011 — Akhras vs Il-Kunsill
(Kawża T-579/11 R)
(Miżuri provviżorji - Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni - Miżuri restrittivi kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza - Nuqqas ta’ dannu gravi u irreparabbli)
(2012/C 39/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Tarif Akhras (Homs, is-Sirja) (rappreżentanti: S. Ashley u S. Millar, solicitors, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u M.-M. Joséphidès, aġenti)
Suġġett
Essenzjalment, talba għal miżuri provviżorji u għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 228, p. 16), tar-Regolament (UE) tal-Kunsill Nru 878/2011, tat-2 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 228, p. 1), tad-Deċiżjoni 2011/628/PESK, tat-23 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 247, p. 17) u tar-Regolament (UE) tal-Kunsill Nru 1011/2011, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 269, p. 18), sa fejn dawn it-testi jsemmu lir-rikorrent.
Dispożittiv
|
(1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
(2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |