This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0640
Case C-640/11: Reference for a preliminary ruling from the Tribunal Supremo (Spain) lodged on 14 December 2011 — E.ON Generación, S.L., Iberdrola, S.A., and Spanish State
Kawża C-640/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl- 14 ta’ Diċembru 2011 — E.ON Generación, S.L., Iberdrola, S.A., Administración del Estado
Kawża C-640/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl- 14 ta’ Diċembru 2011 — E.ON Generación, S.L., Iberdrola, S.A., Administración del Estado
ĠU C 39, 11.2.2012, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-14 ta’ Diċembru 2011 — E.ON Generación, S.L., Iberdrola, S.A., Administración del Estado
(Kawża C-640/11)
(2012/C 39/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo (Spanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: E.ON Generación, S. L., Iberdrola, S.A., Administración del Estado
Domanda preliminari
L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, jista’ jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali bħal dawk eżaminati fil-kawża preżenti, li l-għan u l-effett tagħhom huwa li r-remunerazzjoni tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika titnaqqas bl-ammont ekwivalenti għall-valur tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra allokati mingħajr ħlas matul il-perijodu korrispondenti?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.