This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0626
Case C-626/11 P: Summary for the Appeal brought on 6 December 2011 by Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS against the order of the General Court (Seventh Chamber, Extended Composition) delivered on 21 September 2011 in Case T-1/10: Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS v European Chemicals Agency (ECHA), European Commission, Kingdom of the Netherlands
Kawża C-626/11 P: Appell ippreżentat fis- 6 ta’ Diċembru 2011 minn Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba' Awla Estiża) mogħti fil- 21 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-1/10, Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Il-Kummissjoni Ewropea, u Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
Kawża C-626/11 P: Appell ippreżentat fis- 6 ta’ Diċembru 2011 minn Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba' Awla Estiża) mogħti fil- 21 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-1/10, Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Il-Kummissjoni Ewropea, u Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
ĠU C 39, 11.2.2012, pp. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/11 |
Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2011 minn Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba' Awla Estiża) mogħti fil-21 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-1/10, Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Il-Kummissjoni Ewropea, u Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-626/11 P)
(2012/C 39/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS (rappreżentanti: K. Van Maldegem, avukat, R. Cana, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tħassar is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-1/10; u |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li tidentifika l-akrilamid bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tal-Kimiċi skont l-Artikolu 59 tar-Regolament 1907/2006; jew |
|
— |
sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex taqta’ r-rikors għal annullament tal-appellanti; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura (inklużi l-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali). |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jissottomettu li, billi ċaħdet it-talba tagħhom għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li tidentifika l-akrilamid bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, skont l-Artikolu 59 tar-Regolament 1907/2006, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji fl-interpretazzjoni tagħha tal-fatti u tal-qafas legali kif applikabbli għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Bħala riżultat il-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji ta’ liġi, b’mod partikolari:
|
— |
Billi qieset li l-identifikazzjoni ta’ sustanza bħala Sustanza ta’ Importanza Għolja Ħafna (“SVHC”) mill-Kumitat tal-Istat Membru ECHA skont l-Artikolu 59(8) tar-Regolament 1907/2006 ma hijiex deċiżjoni maħsuba li tipproduċi effetti legali lejn terzi qabel il-pubblikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni fl-Elenku tal-Kandidati tas-SVHC, skont l-Artikolu 59(10) tar-Regolament 1907/2006; |
Għal dawn ir-raġunijiet, l-appellanti jsostnu li d-digriet tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-1/10 għandu jitħassar u li d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li tidentifika l-akrilamid bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 skont l-Artikolu 59 tar-Regolament 1907/2006, għandha tiġi annullata.
(1) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tal-Kimiċi (REACH), li tistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, temenda d-Direttiva 1999/45/KE u tirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769 KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE ĠU L 396, p. 1