EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XC0121(05)

Avviż skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

ĠU C 18, 21.1.2012, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/14


Avviż skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

2012/C 18/11

ESTRATT MID-DEĊIŻJONI GĦALL-BIDU TA' PROĊEDURI TA’ FALLIMENT FIR-RIGWARD TA’ AKCINĖ BENDROVĖ BANKAS SNORAS

Fis-7 ta' Diċembru 2011, il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius adottat deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri ta’ falliment fir-rigward tal-bank f’forma ta’ kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata Snoras (Akcinė bendrovė bankas Snoras, kodiċi tal-entità ġuridika: 112025973, numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT: LT120259716, uffiċċju reġistrat: A. Vivulskio g. 7, Vilnius, il-Litwanja, irreġistrat fir-Reġistru tal-Entitajiet Ġuridiċi (Juridinių asmenų registre)(minn hawn ’il quddiem “AB bankas snoras”)) fil-kawża ċivili Nru B2-7791-611/2011, proċedimenti ġudizzjarji Nru 2-55-3-03098-2011-9.

Bid-Deċiżjoni tagħha tas-7 ta' Diċembru 2011, il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius stabbilixxiet limitu ta' żmien ta' xahar (mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri ta' falliment) għall-kredituri biex jissottomettu pretensjonijiet li kienu tqajmu qabel il-bidu tal-proċeduri ta’ falliment fir-rigward ta’ AB bankas Snoras.

Il-Qorti ħatret lis-Sur Neil Cooper bħala l-amministratur tal-falliment ta’ AB bankas Snoras.

Il-proċeduri ta’ falliment fir-rigward ta’ AB bankas Snoras jikkostitwixxu proċeduri ta’ stralċ skont it-tifsira tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. Dan l-avviż huwa skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/24/KE.

Estratt mid-Deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri ta’ falliment qed jingħata hawn taħt:

“Il-Qorti, skont l-Artikoli 290-291 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, l-Artikolu 84 tal-Liġi dwar il-banek u l-Artikolu 9 tal-Liġi dwar il-falliment ta’ kumpaniji,

IDDEĊIDIET:

Li tibda proċeduri ta’ falliment fir-rigward ta’ AB bankas Snoras, kodiċi tal-entità legali 112025973, irreġistrat f’A. Vivulskio g. 7, Vilnius.

Li taħtar lil Neil Cooper (imwieled fit-30 ta’ Ġunju 1947, indirizz 10 Fleet Place, London, EC4M 7RB, UK, ċertifikat Nru 11198) bħala l-amministratur ta’ AB bankas Snoras.

Li tagħti istruzzjonijiet lill-amministrattur tal-falliment biex iwettaq il-kompiti indikati fl-Artikolu 85(1) tal-Liġi dwar il-bank tar-Repubblika tal-Litwanja u l-Artikolu 10(4)(3) u (7)(8) tal-Liġi dwar il-falliment ta' kumpaniji tar-Repubblika tal-Litwanja.

Li tordna lill-amministratur tal-falliment jinforma lill-Qorti bil-miktub immedjatament jekk isir jaf b'xi kawżi miġjuba kontra AB bankas Snoras jew b’dokumenti ta’ infurzar sottomessi lill-uffiċjali ġudizzjarji fir-rigward ta' rkupru minn AB bankas Snoras.

Li tistabbilixxi limitu ta’ żmien ta’ xahar, mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri ta’ falliment, għas-sottomissjoni tal-pretensjonijiet finanzjarji tal-kredituri li tqajmu qabel il-bidu tal-proċeduri ta’ falliment.

Li tordna lill-entitajiet ta' AB bankas Snoras jittrasferixxu l-assi tal-kumpanija, skont ir-rapport finanzjarju magħmul abbażi tad-dejta li kienet tapplika fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri ta' falliment, u d-dokumenti kollha lill-amministratur tal-falliment fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri ta' falliment.

Li tikkonfiska l-proprjetajiet immobbli kollha ta’ AB bankas Snoras u assi fissi tanġibbli oħrajn sal-jum meta tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri ta’ falliment.

Li tagħti istruzzjonijiet lill-amministratur tal-falliment biex jissottometti kopja tad-Deċiżjoni fir-rigward tal-konfiska tal-assi ta’ AB bankas Snoras għal infurzar lil uffiċjal ġudizzjarju tal-għażla tiegħu li jopera fit-territorju tal-Qorti tat-Tieni Distrett tal-Belt ta’ Vilnius.

Li tinforza din id-Deċiżjoni b'urġenza.

Din id-Deċiżjoni tista' tiġi appellata fi żmien 10 ijiem mill-adozzjoni tagħha billi jitressaq appell separat quddiem il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja permezz tal-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius.”

Vilnius, il-Litwanja, il-15 ta’ Diċembru 2011.

L-amministratur ta’ Akcinė bendrovė bankas Snoras (fil-falliment) (li jaġixxi bħala l-aġent tal-bank imsemmi mingħajr responsabbiltà personali)

Neil COOPER


Top