This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011XC1214(04)
Notice published pursuant to Article 27(4) of Council Regulation (EC) No 1/2003 in Case COMP/39.654 — Reuters Instrument Codes (RICs) (notified under document C(2011) 9391) Text with EEA relevance
Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/39.654 – Il-Kodiċijiet tal-Istrument Reuters (RICs) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9391) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/39.654 – Il-Kodiċijiet tal-Istrument Reuters (RICs) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9391) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU C 364, 14.12.2011, p. 21–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/21 |
Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/39.654 – Il-Kodiċijiet tal-Istrument Reuters (RICs)
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9391)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 364/09
1. INTRODUZZJONI
(1) |
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 (1), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi – f'każijiet fejn ikun biħsiebha tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li jintemm ksur u l-partijiet ikkonċernati joffru li jintrabtu biex isibu tarf tat-tħassib espress lilhom mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari – li tagħmel dak l-irbit vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni bħal din tista' tiġi adottata għal perjodu speċifiku u għandha tikkonkludi li m'hemmx aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jressqu l-kummenti tagħhom sal-limitu ta' żmien stabbilit mill-Kummissjoni. |
2. SOMMARJU TAL-KAŻ
(2) |
Fid-19 ta' Settembru 2011 il-Kummissjoni adottat valutazzjoni preliminari fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Il-valutazzjoni kienet relatata mas-settur għas-servizzi tal-informazzjoni finanzjarja, partikolarment is-suq għal datafeeds f'ħin reali konsolidati (2). Din kienet indirizzata lil Thomson Reuters Corporation u kumpaniji taħt il-kontroll dirett jew indirett tagħha, inkluż Thomson Reuters Limited (Thomson Reuters). Il-Kummissjoni għandha tħassib li xi wħud mill-prattiki ta' liċenzjar ta' Thomson Reuters fir-rigward tal-Kodiċijiet ta' Strument Reuters (RICs) jistgħu jammontaw għal ksur tal-Artikolu 102 tat-TFUE (3). Fit-30 ta’ Ottubru 2009 infetħu proċedimenti kontra Thomson Reuters. |
(3) |
Skont il-valutazzjoni preliminari, Thomson Reuters hija dominanti fis-suq globali għal datafeeds f'ħin reali konsolidati. |
(4) |
Thomson Reuters setgħet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha billi timponi restrizzjonijiet fuq il-klijenti tagħha fir-rigward tal-użu tar-RICs. Thomson Reuters (a) tipprojbixxi lill-klijenti tagħha milli jużaw RICs biex jirkupraw dejta minn datafeeds f'ħin reali konsolidati minn fornituri oħra u (b) twaqqaf lil partijiet terzi milli joħolqu u jżommu tabelli tal-immappjar li jinkorporaw RICs li jippermettu lis-sistemi tal-klijenti ta' Thomson Reuters li jinteraġixxu mad-datafeeds f'ħin reali konsolidati minn fornituri oħra (4). |
(5) |
Dawn ir-restrizzjonijiet jidhru li joħolqu ostakli sostanzjali biex wieħed jibdel il-fornitur. Il-klijenti ta' Thomson Reuters jużaw ħafna r-RICs fl-applikazzjonijiet li huma bbażati fuq server u l-persunal li jopera dawn l-applikazzjonijiet sar familjari mas-simboloġija tar-RICs. Minħabba restrizzjonijiet imdaħħla minn Thomson Reuters, fejn ir-RICs saru parti mill-applikazzjonijiet ibbażati fuq server, jekk wieħed jibdel il-fornitur, dan ikun jinvolvi t-tneħħija tar-RICs u l-kodifikar ta' dawk l-applikazzjonijiet biex jissostitwixxu r-RICs b'simboloġija alternattiva. Dan huwa proċess diffiċli u spiss biċċa xogħol bi spejjeż eċċessivi. L-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni hija li Thomson Reuters, fil-fatt, rabtet il-klijenti eżistenti tad-datafeeds f'ħin reali konsolidati li integraw ir-RICs fl-applikazzjonijiet tagħhom. Bħala riżultat, fornituri oħra ta' datafeeds f'ħin reali konsolidati ma jistgħux jikkompetu b'mod effettiv ma' Thomson Reuters fis-suq għal datafeeds f'ħin reali konsolidati. |
3. IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAL-IMPENJI OFFRUTI
(6) |
Thomson Reuters ma taqbilx mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni. Madankollu offriet impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni fejn tidħol il-kompetizzjoni. L-impenji offruti minn Thomson Reuters (“l-Impenji”) huma spjegati fil-qosor hawn taħt. Hemm verżjoni mhux kunfidenzjali tal-impenji ppubblikata bl-Ingliż fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fuq: http://ec.europa.eu/competition/index_en.html |
(7) |
L-Impenji jikkonsistu f'li l-klijenti eżistenti u futuri ta' Thomson Reuters tas-servizzi RT (5) jiġu offruti liċenzja (Liċenzja RIC Estiża jew “ERL” (6)) li tagħtihom drittijiet addizzjonali għall-użu tas-simboloġija RIC. Dan jippermettilhom, bi ħlas ta’ liċenzja li trid titħallas kull xahar, li jużaw ir-RICs biex jirkupraw datafeeds f'ħin reali konsolidati li joriġinaw minn kompetituri ta' Thomson Reuters għall-iskop li jibdlu uħud mill-applikazzjonijiet ibbażati fuq is-server jew l-applikazzjonijiet kollha għal fornituri alternattivi ta' datafeeds f'ħin reali konsolidati. Barra minn hekk, Thomson Reuters se jipprovdu liċenzji ERL b'aġġornamenti regolari tar-RICs rilevanti inkluż, fejn applikabbli, l-informazzjoni meħtieġa marbuta mar-RIC (post tan-negozjar rilevanti, sors, kodiċi uffiċjali, valuta u/jew deskrizzjoni). |
(8) |
L-Impenji jkopru (i) klijenti li parzjalment u/jew b'mod sħiħ jibdlu minn datafeeds f'ħin reali konsolidati ta' Thomson Reuters għal datafeeds f'ħin reali konsolidati alternattivi; u (ii) klijenti li se jabbonaw għal datafeeds f'ħin reali konsolidati ta' parti terza barra s-servizz ta' Thomson Reuters RT service (pereżempju, bħala soluzzjoni ta' riżerva fil-każ ta' waqfien ta' emerġenza jew biex jippermettu li jiġu ttestjati l-funzjonalitajiet u l-affidabbiltà ta’ datafeeds f'ħin reali konsolidati ġodda. Fil-każ ta' bidla parzjali, Thomson Reuters timpenja ruħha li ma tiddiskriminax kontra l-klijenti tagħha li jibdlu għal fornituri oħra ta' datafeeds f'ħin reali rigward it-termini li fuqhom jingħataw id-datafeeds f'ħin reali konsolidati ta' Thomson Reuters (7). |
(9) |
Il-liċenzja ta' simboloġija RIC estiża tingħata b'mod perpetwu u tkun disponibbli permezz ta' Impenn għal perjodu ta' 5 snin. Għalhekk, klijent jista' jikseb il-liċenzja tas-simboloġija RIC estiża minn Thomson Reuters fi żmien perjodu ta’ 5 snin, iżda mbagħad ikun jista’ jkompli juża din il-liċenzja mingħajr ebda limitazzjoni taż-żmien, soġġetta għal ħlas ta' miżata rilevanti u l-konformità mat-termini l-oħra tal-liċenzja. |
(10) |
Ir-rimedju jkun japplika għas-simboli RIC kollha direttament marbutin mal-prezz għal strument finanzjarju individwali jew valur għal indiċi li jinġarr fuq Thomson Reuters RT service, għalhekk inter alia għal (i) dejta minn skambji u Faċilitajiet tal-Kummerċ Multilaterali (MTFs); u (ii) l-aktar strumenti nnegozjati OTC li mhumiex elenkati fuq skambji jew fuq l-MTFs (8). Huma esklużi biss RICs relatati ma' strumenti nnegozjati mal-OTC li fir-rigward tagħhom Thomson Reuters iġġib id-dejta minn kontributur wieħed li huwa identifikabbli mir-RIC (“RICs b'sors uniku”) (9). |
(11) |
Barra minn hekk Thomson Reuters se tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex tiffaċilita l-kapaċità tal-klijenti li jqabblu s-simboloġija tar-RICs ma' dik ta' provvedituri oħra. L-impenji jippermettu wkoll lill-klijenti li jirrikorru għal żviluppaturi terzi biex jiżviluppaw għodod tal-iswiċċjar biex jiffaċilitaw din il-bidla, u biex jawtorizzaw lil dawn il-partijiet terzi biex jużaw is-software li huma żviluppaw għal klijenti multipli fejn kull wieħed mill-klijenti jkun abbonat fl-ERL. Il-partijiet terzi madankollu m'hu se jkollhom ebda drittijiet għas-simboloġija RIC infisha. |
(12) |
Hemm tipi oħra ta' liċenzji li huma diġà mogħtija minn Thomson Reuters b’kundizzjonijiet kummerċjali u li mhumiex inklużi fl-ERL. Pereżempju, l-iżvilupp ta’ għodod għall-bidla li jeħtieġu liċenzja għad-dritt tal-iżvilupp mingħand Thomson Reuters. It-tieni nett, Thomson Reuters tagħti Liċenzja għall-Ipproċessar tat-Tranżazzjoni lil klijenti li jixtiequ jużaw ir-RICs bħala identifikaturi fi ħdan straight through processing. Dan jikkonċerna pereżempju r-ridistrubuzzjoni ta' RICs lil partijiet oħrajn minn klijenti ta' Thomson Reuters. Thomson Reuters timpenja ruħha li ma tiddiskrimina kontra l-ebda wieħed mill-klijenti tagħha li jibdlu l-fornitur(i) tad-datafeeds f'ħin reali konsolidati fuq il-kundizzjonijiet ta’ liċenzji oħrajn bħal dawn jew partijiet terzi li jiżviluppaw software jew teknoloġija li tiffaċilita l-bidla għad-detenturi tal-liċenzja ERL (10). |
(13) |
Ġeografikament, il-liċenzja proposta, fil-prinċipju hija limitata għal applikazzjonijiet ta' klijenti li jservu negozju bbażat fiż-ŻEE. Madankollu, applikazzjonijiet li jservu negozji x'imkien ieħor huma inklużi wkoll jekk “raġonevolment meħtieġa” li jagħtu effett lill-bidla għall-benefiċċju ta' negozji bbażati fiż-ŻEE (11). Thomson Reuters pprovdiet sett ta’ eżempji ta’ każijiet fejn din il-kundizzjoni titqies li tkun ġiet sodisfatta. L-eżempji huma integrati fl-Impenji bħala l-Anness IV. |
(14) |
Il-tariffi ta' liċenzji ERL ta’ kull xahar li Thomson Reuters għandha l-ħsieb li titlob jirriflettu l-istruttura tal-kundizzjonijiet kummerċjali relatati mad-dejta li hija twassal attwalment għall-użu f'applikazzjonijiet ibbażati fuq is-server (12). It-tariffi huma bbażati fuq l-għadd ta' simboli RIC li l-klijent jixtieq jilliċenzja biex jirkupra dejta minn kompetitur f’ċerti attività tan-negozju. It-tariffi jkopru d-drittijiet addizzjonali tal-użu fis-simboloġija RIC u l-ispejjeż tas-servizz li jrid jiġi pprovdut minn Thomson Reuters lill-klijenti tagħha skont l-Impenji. Skont Thomson Reuters, il-livell tat-tariffa jammonta għal proporzjon żgħir tal-prezz tad-datafeeds f'ħin reali konsolidati ta’ Thomson Reuters għall-istess ambitu ta’ liċenzjar u użu tar-RICs. L-iskeda tat-tariffi fiha wkoll tariffa mensili minima ta’ USD 750. Għad-dettalji dwar l-iskeda tat-tariffi ERL jekk jogħġbok ikkonsulta l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-Impenji kif ippubblikata fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (l-Anness I). |
4. STEDINA BIEX JITRESSQU KUMMENTI
(15) |
Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb, soġġett għall-ittestjar tas-suq, li tadotta deċiżjoni taħt l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li tiddikkjara l-Impenji li jinsabu fis-sommarju hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet, fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, bħala vinkolanti. Jekk ikun hemm xi tibdiliet sostanzjali fl-Impenji jitnieda test ġdid tas-suq. |
(16) |
Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-Impenji. |
(17) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni titlob b’mod parikolari lill-partijiet interessati biex jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar il-mistoqsijiet li ġejjin dwar il-bidla minn klijent ta’ applikazzjoni bbażata fuq is-server mis-Servizz ta' RT ta' Thomson Reuters għal fornitur alternattiv ta' datafeeds f'ħin reali konsolidati:
|
(18) |
It-tweġibiet u l-kummenti għandhom preferibbilment ikunu raġunati u għandhom jistabbilixxu l-fatti relevanti. Jekk tidentifika problema b'xi kwalunkwe parti tal-Impenji proposti, jekk jogħġbok issuġġerixxi soluzzjoni possibbli. |
(19) |
Il-limitu taż-żmien biex tissottometti osservazzjonijiet jiskadi sitt ġimgħat wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż. Il-partijiet interessati huma wkoll mitluba jissottomettu verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, fejn għandhom jitħassru s-sigrieti kummerċjali u siltiet kunfidenzjali oħrajn u jiġu ssostitwiti kif meħtieġ b'sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”. |
(20) |
L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bin-numru ta' referenza “COMP/39.654 – RICs” jew permezz ta’ e-mail (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu), jew bil-faks (+32 22950128) jew bil-posta, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u, rispettivament, 102 tat-TFUE. Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma fis-sustanza identiċi. Għall-għanijiet ta' dan l-avviż, ir-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE fejn xieraq.
(2) Dan il-każ jikkonċerna speċifikament datafeeds konsolidati f'ħin reali u ma jikkonċernax dejta fi żmien reali mibgħuta permezz ta' prodotti tad-desktop.
(3) Skont Thomson Reuters, ir-RICs huma kodiċijiet alfanumeriċi li huma l-mekkaniżmu ta' rkupru maħluq u provdut minn Thomson Reuters lill-klijenti tagħhom bħala parti integrali mis-servizzi ta' informazzjoni finanzjarja ta' Thomson Reuters sabiex jidentifikaw, jinnavigaw u jirkupraw sett strutturat ta' oġġetti ta' dejta relatati minn netwerk ta' distribuzzjoni u ġbir ta' tad-dejta f’ħin reali ta' Thomson Reuters (IDN Netwerk ta' Dejta Integrata).
(4) Thomson Reuters stqarret li ma timpedixxix il-klijenti tagħha tad-Datafeeds f'ħin reali konsolidati milli jqabblu RICs mas-simboloġija ta’ provvedituri oħra, sakemm il-bażi tad-dejta riżultanti jew it-tabella tal-immappjar ma jintużawx biex jirkupraw dejta minn fornitur ieħor. Fi kliem ieħor, Thomson Reuters ma tipprojbixxix il-ħolqien ta’ tabelli ta' mmappjar bħala tali, iżda topponi l-użu dirett u indiretti tar-RICs biex jirkupraw dejta f'ħin reali minn fornituri oħra.
(5) Thomson Reuters tikkumerċjalizza l-offerta tad-datafeed tas-suq f'ħin reali konsolidat tagħha taħt l-isem Thomson Reuters Real-time Service (“RT Service” – qabel kienet magħrufa bħala Reuters Datascope Real-Time Service, jiġifieri RDRT), għall-konsum f'applikazzjonijiet bażati fuq server.
(6) Ara l-Anness II tal-Impenji.
(7) Ara klawsola 6.4.2 tal-Impenji
(8) Skont Thomson Reuters, RICs komposti jirrappreżentaw prezz aggregat wieħed mill-kontributuri kollha validati li jidentifikaw strumenti finanzjarji (RICs kontibwiti aggregati) jirrappreżentaw aktar minn 95 % tal-likwidità globali u huma inklużi fl-ambitu tal-impenn.
(9) Skont Thomson Reuters, strument ta' OTC kkummerċjati li għalihom Thomson Reuters toriġina d-dejta minn sors wieħed jammontaw għal anqas minn 5 % tal-likwidità globali.
(10) Ara klawżoli 6.4 u 6.5 tal-Impenji.
(11) Taħt l-impenni ż-ŻEE tinkludi l-Isvizzera.
(12) Jiġifieri datafeeds f'ħin reali konsolidati taħt is-servizz RT.