This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011XC1214(03)
Framework on State aid to shipbuilding
Qafas dwar għajnuna mill-Istat għall-bini tal-vapuri
Qafas dwar għajnuna mill-Istat għall-bini tal-vapuri
ĠU C 364, 14.12.2011, p. 9–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/9 |
QAFAS DWAR GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦALL-BINI TAL-VAPURI
2011/C 364/06
1. INTRODUZZJONI
1. |
Sa mill-bidu tas-snin '70, l-għajnuna mill-Istat għall-bini tal-vapuri kienet suġġetta għal sensiela ta' reġimi speċifiċi ta' għajnuna mill-Istat, li gradwalment ġew allinjati mad-dispożizzjonijiet orizzontali tal-għajnuna mill-Istat. Il-Qafas attwali dwar għajnuna mill-Istat għall-bini ta’ vapuri (1) ser jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2011. Konformement mal-politika tal-Kummissjoni biex ikun żgurat titjib fit-trasparenza u s-simplifikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni biħsiebha li, sa l-aktar limitu possibli, tneħħi d-differenzi bejn ir-regoli applikabbli għall-industrija tal-bini tal-vapuri u għal setturi industrijali oħra billi testendi dispożizzjonijiet orizzontali ġenerali lis-settur tal-bini tal-vapuri (2). |
2. |
Madankollu, il-Kummissjoni tagħraf li ċerti karatteristiċi jagħmlu l-bini tal-vapuri differenti minn industriji oħra, bħas-sensiliet qosra ta' produzzjoni, il-qies, il-valur u l-komplessità ta’ unitajiet prodotti u l-fatt li l-prototipi huma ġeneralment użati kummerċjalment. |
3. |
Fid-dawl ta' dawk il-karatteristiċi speċjali, il-Kummissjoni tikkunsidra li jkun xieraq li tkompli tapplika dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-għajnuna għall-innovazzjoni għas-settur tal-bini tal-vapuri filwaqt li tiżgura li tali għajnuna ma jkollhiex impatt negattiv fuq il-kundizzjonijiet kummerċjali u l-kompetizzjoni sa dak il-punt li jmur kontra l-interess komuni. |
4. |
L-għajnuna mill-Istat għall-innovazzjoni għandha twassal biex min jibbenefika mill-għajnuna jibdel l-imġiba tiegħu b’tali mod li jżid il-livell tiegħu ta’ attività ta’ innovazzjoni u ta' proġetti ta’ innovazzjoni jew iwettaq attivitajiet li altrimenti ma kinux jitwettqu, jew kienu jitwettqu b’mod iktar limitat. L-effett ta’ inċentiv huwa identifikat b’analiżi kontrafattwali, bit-tqabbil tal-livelli ta’ attività maħsuba bl-għajnuna u mingħajrha. Għaldaqstant, dan il-Qafas jidentifika rekwiżiti speċifiċi li se jippermettu lill-Istati Membri jiżguraw il-preżenza ta' effett ta' inċentiv. |
5. |
Flimkien mal-industrija, ġie żviluppat sett informali ta' regoli dwar l-għajnuna għall-innovazzjoni għall-bini tal-vapuri, rigward, b'mod partikolari, l-ispejjeż eliġibbli u l-konferma tan-natura innovattiva tal-proġett, u dan huwa applikat mill-Kummissjoni fil-prattika tagħha tat-teħid ta' deċiżjonijiet. Fl-interessi tat-trasparenza, dawk ir-regoli għandhom jiġu formalment integrati fir-regoli dwar l-għajnuna għall-innovazzjoni. |
6. |
Rigward l-għajnuna reġjonali, fl-2013 il-Kummissjoni se tirrevedi l-Linji Gwida orizzontali dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 (3). Għaldaqstant, il-Kummissjoni ser tissokta bl-applikazzjoni tal-istess regoli speċifiċi għall-għajnuna reġjonali fis-settur tal-bini tal-vapuri li bħalissa huma previsti fil-Qafas tal-2003 sa dak iż-żmien. Hija ser tivvaluta mill-ġdid is-sitwazzjoni fil-kuntest tar-reviżjoni tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali. |
7. |
Rigward il-krediti għall-esportazzjoni, l-għan ta' dan il-Qafas huwa li jiġu rispettati l-obbligi internazzjonali applikabbli. |
8. |
Għaldaqstant il-qafas jiġbor fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-għajnuna għall-innovazzjoni u l-għajnuna reġjonali għall-bini tal-vapuri kif ukoll dispożizzjonijiet dwar il-krediti għall-esportazzjoni. Barra minn hekk, l-għajnuna għas-settur tal-bini tal-vapuri tista' titqies kompatibbli mas-suq intern skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-istrumenti orizzontali tal-għajnuna mill-Istat (4), sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dawn l-istrumenti. |
9. |
F'konformità mal-Artikolu 346 tat-Trattat u suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 348 tat-Trattat, kull Stat Membru jista' jieħu l-miżuri li jikkunsidra meħtieġa sabiex jipproteġi l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu fir-rigward tal-finanzjament għall-bastimenti militari. |
10. |
Il-Kummissjoni biħsiebha tapplika l-prinċipi li jinsabu f'dan il-Qafas mill-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2013. Wara dik id-data, il-Kummissjoni tipprevedi li tinkludi d-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna għall-innovazzjoni fil-Qafas Komunitarju dwar l-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u għall-innovazzjoni (5) u li tintegra l-għajnuna reġjonali għall-bini tal-vapuri fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali. |
2. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
11. |
Skont dan il-Qafas, il-Kummissjoni tista' tawtorizza għajnuna lit-tarzni; fil-każ ta' krediti għall-esportazzjoni, għajnuna lis-sidien tal-vapuri li tingħata għall-bini, it-tiswija jew il-konverżjoni ta' vapuri; u għajnuna għall-innovazzjoni li tingħata għall-bini ta' strutturi 'l barra mill-kosta li jżommu f'wiċċ l-ilma u li jiċċaqilqu. |
12. |
Għall-finijiet ta' dan il-Qafas, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet segwenti:
|
3. MIŻURI SPEĊIFIĊI
3.1. Għajnuna reġjonali
13. |
L-għajnuna reġjonali għall-bini tal-vapuri, għat-tiswija tal-vapuri jew għall-konverżjoni tal-vapuri tista’ tiġi meqjusa kompattibli mas-suq intern jekk tissodisfa, b'mod partikolari, il-kundizzjonijiet segwenti:
|
3.2. Għajnuna għall-innovazzjoni
3.2.1. Applikazzjonijiet eliġibbli
14. |
L-għajnuna mogħtija għall-innovazzjoni fil-bini tal-vapuri, fit-tiswija tal-vapuri jew fil-konverżjoni tal-vapuri tista' tiġi kkunsidrata kompatibbli mas-suq intern sa massimu ta' intensità tal-għajnuna ta' 20 % gross, sakemm din tkun tirrigwarda l-applikazzjoni industrijali ta' prodotti u proċessi innovattivi, jiġifieri prodotti u proċessi li huma teknoloġikament ġodda jew mibdula sostanzjalment meta mqabbla mal-iktar teknoloġija avvanzata li teżisti fl-industrija tal-bini tal-vapuri fi ħdan l-Unjoni, li jġorru riskju ta' falliment teknoloġiku jew industrijali. L-għajnuna għall-innovazzjoni għat-tagħmir u l-modernizzazzjoni tal-bastimenti tas-sajd mhijiex ser titqies kompatibbli mas-suq intern, sakemm ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25(2) u (6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (7), jew fid-dispożizzjonijiet li jissuċċeduhom. L-ebda għajnuna ma tista’ tingħata lil tarzna jekk tingħata, fir-rigward tal-istess bastiment, għajnuna mill-Fond Ewropew għas-Sajd, jew mill-istrument li jissuċċedih, jew għajnuna pubblika oħra. |
15. |
Prodotti u proċessi innovattivi skont it-tifsira tal-punt 14 jinkludu t-titjib fil-qasam ambjentali relatat mal-kwalità u l-prestazzjoni, bħall-ottimizzazzjoni tal-konsum tal-karburant, l-emissjonijiet mill-magni, l-iskart u sikurezza. |
16. |
Fejn l-innovazzjoni jkollha l-għan li ssaħħaħ il-ħarsien ambjentali u twassal għal konformità mal-istandards adottati tal-Unjoni tal-anqas sena qabel ma dawk l-istandards jidħlu fis-seħħ jew iżżid il-livell ta' ħarsien ambjentali fin-nuqqas ta' standards tal-Kummissjoni jew tagħmilha possibbli li wieħed imur lil hinn mill-istandards tal-Unjoni, l-intensità massima tal-għajnuna tista' tiżdied sa 30 % gross. L-espressjonijiet “standards tal-Unjoni” u “ħarsien ambjentali” għandhom jinftiehmu kif inhuma definiti fil-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent. |
17. |
Sakemm ikunu konformi mal-kriterji li jinsabu fil-punt 14, prodotti innovattivi se jirreferu jew għal klassi ġdida ta' bastiment kif iddefinita mill-ewwel bastiment ta' sensiela potenzjali ta' vapuri (prototip) jew għal partijiet innovattivi ta' bastiment, li jistgħu jkunu iżolati mill-bastiment bħala element separat. |
18. |
Sakemm ikunu konformi mal-kriterji li jinsabu f'punt 14, proċessi innovattivi għandhom jirreferu għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' proċessi ġodda rigward l-oqsma tal-produzzjoni, il-ġestjoni, il-loġistika jew l-inġinerija. |
19. |
L-għajnuna għall-innovazzjoni tista' titqies kompatibbli mas-suq intern biss jekk tingħata għall-ewwel applikazzjoni industrijali ta' prodotti u proċessi innovattivi. |
3.2.2. Spejjeż eliġibbli
20. |
L-għajnuna għall-innovazzjoni għall-prodotti u l-proċessi trid tkun limitata għal sostenn tal-infiq fuq l-investimenti, l-attivitajiet li jirrigwardaw id-disinn, l-inginerija u l-ittestjar relatati direttament u esklużivament mal-parti innovattiva tal-proġett u li jsiru wara d-data tal-applikazzjoni għall-għajnuna għall-innovazzjoni (8). |
21. |
L-ispejjeż eliġibbli jinkludu l-ispejjeż tat-tarzna kif ukoll l-ispejjeż biex jiġu akkwistati oġġetti u servizzi mingħand partijiet terzi (pereżempju, fornituri ta' sistemi, fornituri ta' proġetti kompleti u kumpaniji ta' subkuntratturi), sal-limitu li dawk l-oġġetti u s-servizzi jkunu strettament relatati mal-innovazzjoni. L-ispejjeż eliġibbli huma ddefiniti f'iktar dettall fl-Anness. |
22. |
L-awtorità nazzjonali rilevanti, maħtura mill-Istat Membru għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-għajnuna għall-innovazzjoni, għandha teżamina l-ispejjeż eliġibbli fuq il-bażi tal-istimi pprovduti u ssostanzjati mill-applikant. Fejn l-applikazzjoni tinkludi spejjeż għall-akkwist ta' oġġetti u servizzi mingħand fornituri, il-fornitur ma jistax ikun irċieva għajnuna mill-Istat għall-istess għanijiet rigward dawk l-oġġetti u servizzi. |
3.2.3. Konferma tan-natura innovattiva tal-proġett
23. |
Sabiex l-għajnuna għall-innovazzjoni titqies kompatibbli mas-suq intern skont dan il-Qafas, applikazzjoni għal għajnuna għall-innovazzjoni għandha titressaq lill-awtorità nazzjonali rilevanti qabel ma l-applikant jidħol fi ftehim vinkolanti biex jimplimenta l-proġett speċifiku li għalih qed ifittex l-għajnuna għall-innovazzjoni. L-applikazzjoni trid tinkludi deskrizzjoni tal-innovazzjoni, kemm f'termini kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi. |
24. |
L-awtorità nazzjonali rilevanti għandha tikseb konferma mingħand espert indipendenti u teknikament kompetenti li l-għajnuna qed tintalab għal proġett li jirrappreżenta prodott jew proċess teknoloġikament ġdid jew imtejjeb sostanzjalment meta mqabbel mal-iktar teknoloġija avvanzata li teżisti fl-industrija tal-bini tal-vapuri fi ħdan l-Unjoni (evalwazzjoni kwalitattiva). L-għajnuna tista' titqies kompatibbli mas-suq suq intern biss jekk l-espert indipendenti u teknikament kompetenti jikkonferma lill-awtorità nazzjonali rilevanti li l-ispejjeż eliġibbli għall-proġett ġew ikkalkulati biex ikopru esklużivament il-partijiet innovattivi tal-proġett rilevanti (evalwazzjoni kwantitattiva). |
3.2.4. Effett ta' inċentiv
25. |
L-għajnuna għall-innovazzjoni skont dan il-Qafas għandu jkollha effett ta’ inċentiv, jiġifieri għandha tirriżulta f'bidla fl-imġiba ta’ benefiċjarju biex b'hekk iżid il-livell tal-attività ta' innovazzjoni tiegħu. B’riżultat tal-għajnuna, l-attività ta’ innovazzjoni trid tiżdied f’termini ta’ daqs, ambitu, ammont minfuq jew veloċità. |
26. |
F'konformità mal-punt 25, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna ma tkunx tippreżenta inċentiv għall-benefiċjarju jekk il-proġett (9) ikun diġà inbeda qabel ma l-benefiċjarju jressaq applikazzjoni għall-għajnuna lill-awtoritajiet nazzjonali. |
27. |
Sabiex jivverifikaw li l-għajnuna tkun twassal biex il-benefiċjarju tal-għajnuna jibdel l-imġiba tiegħu b’tali mod li jżid il-livell ta’ attività ta’ innovazzjoni tiegħu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu evalwazzjoni ex ante taż-żieda fl-attività ta’ innovazzjoni fuq il-bażi ta’ analiżi li tqabbel sitwazzjoni mingħajr għajnuna ma’ sitwazzjoni bl-għajnuna. Il-kriterji li għandhom jintużaw jistgħu jinkludu ż-żieda fl-attivitajiet ta' innovazzjoni f’termini ta’ daqs, ambitu, ammont minfuq u veloċità, flimkien ma’ fatturi kwantitattivi u/jew kwalitattivi oħra rilevanti mressqa mill-Istat Membru li jkun għamel in-notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. |
28. |
Jekk ikun jista’ jintwera effett sinifikanti fuq mill-inqas wieħed minn dawk l-elementi, filwaqt li tkun ikkunsidrata l-imġiba normali ta’ intrapriża fis-settur rispettiv, il-Kummissjoni normalment tikkonkludi li l-għajnuna jkollha effett ta’ inċentiv. |
29. |
Meta tiġi evalwata skema ta’ għajnuna, il-kundizzjonijiet relatati mal-effett ta’ inċentiv ser jitqiesu li huma sodisfatti jekk l-Istat Membru jkun impenja ruħu li jagħti għajnuna individwali taħt l-iskema ta’ għajnuna approvata biss wara li jkun ivverifika li jeżisti effett ta’ inċentiv u li jissottometti rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna approvata. |
30. |
L-approvazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna għandha tkun suġġetta għall-kundizzjoni li l-benefiċjarju jikkonkludi ftehim vinkolanti biex jimplimenta l-proġett jew proċess speċifiku tal-bini tal-vapuri, it-tiswija tal-vapuri jew il-konverżjoni tal-vapuri li għalih tkun qed tintalab l-għajnuna għall-innovazzjoni. Il-ħlasijiet jistgħu jsiru biss wara li jiġi ffirmat il-kuntratt rilevanti. Jekk il-kuntratt jitħassar jew il-proġett jiġi abbandunat, kull għajnuna li tkun tħallset trid tiġi rimbursata bl-imgħax minn dik id-data meta l-għajnuna kienet tħallset. Bl-istess mod, jekk il-proġett ma jitlestiex, għajnuna li ma tkunx intużat għall-infiq ta' innovazzjoni eliġibbli trid tiġi rimbursata bl-imgħax. Ir-rata tal-imgħax trid tkun mill-inqas daqs ir-rati ta' referenza adottati mill-Kummissjoni. |
3.3. Krediti għall-esportazzjoni
31. |
L-għajnuna għall-bini tal-vapuri fil-forma ta' faċilitajiet ta' kreditu sostnuti mill-Istat mogħtija lil sidien ta' vapuri jew partijiet terzi nazzjonali u mhumiex għall-bini jew għall-konverżjoni ta' bastimenti tista' tiġi kkunsidrata kompatibbli mas-suq intern jekk tkun konformi mal-kundizzjonijiet tal-Arranġament tal-OECD tal-1998 dwar il-Linji Gwida għal Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġjati Uffiċjalment u mal-Ftehim tas-Settur tagħha dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Vapuri jew kwalunkwe kundizzjoni suċċessiva stipulata f'tali arranġament jew li tissostitwixxi l-Arranġament. |
4. MONITORAĠĠ U RAPPURTAR
32. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu tal-1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (10) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (11) jirrikjedu lill-Istati Membri li jissottomettu lill-Kummissjoni rapporti annwali fuq l-iskemi kollha ta’ għajnuna. Meta tkun qed tadotta deċiżjoni skont dan il-Qafas għal kull għajnuna għall-innovazzjoni mogħtija taħt skema approvata lil intrapriżi kbar, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri biex jirrapportaw dwar kif ġie mħares ir-rekwiżit għal effett ta’ inċentiv rigward l-għajnuna mogħtija lil intrapriżi kbar, b’mod partikolari bl-użu tal-kriterji msemmija fil-punt 3.2.4. |
5. KUMULU
33. |
Il-limiti tal-għajnuna stipulati f'dan il-Qafas huma applikabbli irrispettivament minn jekk l-għajnuna inkwistjoni tkunx kompletament jew parzjalment iffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat jew mir-riżorsi tal-Unjoni. Għajnuna awtorizzata skont dan il-Qafas ma tistax tingħata flimkien ma’ forom oħra ta’ għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat jew ma’ forom oħra ta’ finanzjament mill-Unjoni, meta l-akkumulazzjoni tipproduċi intensità ta’ għajnuna ogħla minn dik stabbilita f'dan il-Qafas. |
34. |
Fejn l-għajnuna taqdi skopijiet differenti u tinvolvi l-istess spejjeż eliġibbli, japplika l-aktar limitu għall-għajnuna favorevoli. |
6. APPLIKAZZJONI TA' DAN IL-QAFAS
35. |
Il-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipi stabbiliti f'dan il-Qafas mill-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2013. Il-Kummissjoni ser tapplika dawk il-prinċipji għall-miżuri ta' għajnuna kollha li ġew notifikati u li fir-rigward tagħhom hija msejħa tieħu deċiżjoni wara l-31 ta’ Diċembru 2011, anke fejn il-proġetti jkunu ġew notifikati qabel dik id-data. |
36. |
F'konformità mal-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta' għajnuna mill-Istati illegali (12), il-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dan il-Qafas għal għajnuna mhux notifikata li tingħata wara l-31 ta’ Diċembru 2011. |
(1) ĠU C 317, 30.12.2003, p. 11.
(2) Ara l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat COM(2005) 107 finali, pt. 65: “il-Kummissjoni se tiddeċiedi jekk għadux meħtieġ Qafas dwar l-għajnuna mill-Istat għall-bini tal-vapuri jew jekk is-settur għandux ikun irregolat sempliċement minn regoli orizzontali”.
(4) Pereżempju, il-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent (ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1) jistipulaw il-kundizzjonijiet li taħthom tista' tiġi awtorizzata għajnuna lit-tarzni għal produzzjoni li hija iktar ekoloġika. Barra minn hekk, is-sidien tal-vapuri jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna biex jakkwistaw mezzi ta' trasport ġodda li jmorru lil hinn mill-istandards tal-Unjoni jew li jgħollu l-livell ta' protezzjoni ambjentali fin-nuqqas ta' standards tal-Unjoni, u b'hekk jingħata kontribut għal trasport marittimu ġeneralment iktar nadif.
(5) ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.
(6) Tunnellati grossi.
(7) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.
(8) Ħlief għal spejjeż għall-istudji ta' fattibbiltà li jsiru fi żmien 12-il xahar qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna għal proċess innovattiv.
(9) Dan ma jeskludix li l-benefiċjarju potenzjali jista' jkun diġà wettaq studji ta' fattibbiltà li mhumiex koperti bit-talba għal għajnuna mill-Istat.
(10) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.
(11) ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.
(12) ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.
ANNESS
Spejjeż eliġibbli għal għajnuna għall-innovazzjoni għall-bini tal-vapuri
1. KLASSI ĠDIDA TA' BASTIMENT
Għall-kostruzzjoni ta' klassi ġdida ta' bastiment li hija eliġibbli għal għajnuna għall-innovazzjoni, l-ispejjeż li ġejjin huma eliġibbli:
(a) |
spejjeż għall-iżvilupp tal-kunċett; |
(b) |
spejjeż għad-disinn tal-kunċett; |
(c) |
spejjeż għad-disinn funzjonali; |
(d) |
spejjeż għad-disinn fid-dettall; |
(e) |
spejjeż għal studji, ittestjar, mudelli; u spejjeż simili relatati mal-iżvilupp u d-disinn tal-bastiment; |
(f) |
spejjeż għall-ippjanar tal-implimentazzjoni tad-disinn; |
(g) |
spejjeż għal testijiet u provi tal-prodott; |
(h) |
spejjeż addizzjonali tax-xogħol u spejjeż fissi għal klassi ġdida ta' bastiment (learning curve). |
Għall-finijiet tal-punti (a) sa (g), huma esklużi spejjeż relatati ma' disinn standard ta' inġinerija ekwivalenti għal klassi preċedenti ta' bastiment.
Għall-finijiet tal-punt (h), spejjeż fuq produzzjoni addizzjonali li huma strettament neċessarji sabiex jivvalidaw l-innovazzjoni teknoloġika jistgħu jkunu eliġibbli sal-punt li huma limitati għall-ammont minimu li huwa neċessarju. Minħabba l-isfidi tekniċi assoċjati mal-kostruzzjoni ta' prototip, l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-ewwel bastiment normalment jeċċedu l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' vapuri simili sussegwenti. Id-definizzjoni ta' spejjeż ta' produzzjoni addizzjonali hija d-differenza bejn l-ispejjeż tax-xogħol u l-ispejjeż fissi assoċjati magħhom għall-ewwel bastiment minn klassi ġdida ta' bastiment u l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' bastimenti sussegwenti fl-istess sensiela ta' vapuri (sister ships). L-ispejjeż tax-xogħol jinkludu l-pagi u l-ispejjeż soċjali.
Għalhekk, f'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, massimu ta' 10 % tal-ispejjeż ta' produzzjoni addizzjonali assoċjati mal-kostruzzjoni ta' klassi ġdida ta' bastiment jistgħu jiġu kkunsidrati bħala spejjeż eliġibbli: jekk dawk l-ispejjeż ikunu neċessarji għall-validazzjoni tal-innovazzjoni teknika. Każ huwa kkunsidrat debitament iġġustifikat jekk l-ispejjeż ta' produzzjoni addizzjonali jkunu stmati li jaqbżu t-3 % tal-ispejjeż tal-produzzjoni ta' vapuri fl-istess sensiela sussegwenti.
2. KOMPONENTI JEW SISTEMI ĠODDA TA' BASTIMENT
Għal komponenti jew sistemi ġodda li huma eliġibbli għall-għajnuna għall-innovazzjoni, l-ispejjeż li ġejjin huma eliġibbli sakemm dawn ikunu strettament relatati mal-innovazzjoni:
(a) |
spejjeż tad-disinn u tal-iżvilupp; |
(b) |
spejjeż għall-ittestjar tal-parti li tirrigwarda l-innovazjoni, il-mudelli; |
(c) |
spejjeż għall-materjal u l-apparat; |
(d) |
f'każijiet eċċezzjonali, l-ispejjeż tal-kostruzzjoni u tal-istallazzjoni ta' komponent ġdid jew ta' sistema ġdida li huma meħtieġa biex tiġi vvalidata l-innovazzjoni, sa fejn dawn ikunu limitati għall-ammont minimu meħtieġ. |
3. PROĊESSI ĠODDA
Għal proċessi ġodda li huma eliġibbli għall-għajnuna għall-innovazzjoni, l-ispejjeż li ġejjin huma eliġibbli sa fejn dawn ikunu strettament relatati mal-proċess ta' innovazzjoni:
(a) |
spejjeż tad-disinn u tal-iżvilupp; |
(b) |
spejjeż għall-materjal u l-apparat; |
(c) |
fejn applikabbli, spejjeż għall-ittestjar tal-proċess il-ġdid; |
(d) |
spejjeż għall-istudji ta' fattibbiltà li jsiru fi żmien 12-il xahar qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna. |