EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FA0026

Kawża F-26/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 28 ta’ Settembru 2011 AZ vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2009 — Kapaċità li wieħed jaħdem bi tliet lingwi — Eżistenza ta’ proċedura dixxiplinari — Esklużjoni mill-proċedura ta’ promozzjoni)

ĠU C 362, 10.12.2011, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/23


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011

AZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-26/10) (1)

(Servizz pubbliku - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2009 - Kapaċità li wieħed jaħdem bi tliet lingwi - Eżistenza ta’ proċedura dixxiplinari - Esklużjoni mill-proċedura ta’ promozzjoni)

2011/C 362/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AZ (Thionville, Franza) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li teskludi lir-rikorrent mill-proċedura ta’ promozzjoni 2009 u għall-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallsu somma bħala kumpens għad-danni morali.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

AZ għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010, p. 58.


Top