EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0406

Kawża C-406/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 18 ta' Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Realchemie Nederland BV vs Bayer CropScience AG (Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi — Kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali” — Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi multa — Direttiva 2004/48/KE — Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali — Ksur ta’ dawn id-drittijiet — Miżuri, proċeduri u rimedji — Kundanna — Proċedura ta’ exequatur — Spejjeż ġudizzjarji relatati magħha)

ĠU C 362, 10.12.2011, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Realchemie Nederland BV vs Bayer CropScience AG

(Kawża C-406/09) (1)

(Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi - Kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali” - Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi multa - Direttiva 2004/48/KE - Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali - Ksur ta’ dawn id-drittijiet - Miżuri, proċeduri u rimedji - Kundanna - Proċedura ta’ exequatur - Spejjeż ġudizzjarji relatati magħha)

2011/C 362/05

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Realchemie Nederland BV

Konvenuta: Bayer CropScience AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) u tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32) — Kunċett ta’ materji ċivili u kummerċjali — Ksur tal-projbizzjoni mogħtija minn sentenza ġudizzjarja Ġermaniża milli timporta u tikkummerċjalizza fil-Ġermanja ċerti pestiċidji — Multa — Eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li timponiha — Proċedura ta’ eżekuzzjoni dwar deċiżjonijiet mogħtija barra mill-pajjiż dwar l-ispejjeż fil-qasam ta’ pagamenti ta’ penalità jew multa għal ksur tal-projbizzjoni li tippreġudika dritt ta’ proprjetà intellettwali

Dispożittiv

(1)

Il-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali” li jinsab fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis sens li dan ir-regolament japplika għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ qorti li tinkludi kundanna għall-ħlas ta’ multa, sabiex tiġi osservata sentenza ġudizzjarja mogħtija f’materji ċivili u kummerċjali

(2)

L-ispejjeż marbuta ma’ proċedura ta’ exequatur li ta bidu għaliha Stat Membru, li matulha jintalbu ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor fil-kuntest ta’ kawża intiża sabiex jiġi rrispettat dritt ta’ proprjetà intellettwali, jaqgħu taħt l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009


Top