Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC1209(03)

Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 359, 9.12.2011, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/12


Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

2011/C 359/09

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

Paġna 63

In-Noti ta’ Spjega għas-sottointestatura 1209 91 90 huma emendati kif ġej:

1209 91 90   Oħra

Din is-sottointestatura tinkludi ż-żerriegħa tal-qargħa ħamra meta użata għaż-żrigħ.

Ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni għas-sottointestatura NM 1207 99 97 u għas-sottointestatura 1212 99 70.”

Paġna 65

Fin-Noti ta' Sjegazzjoni għas-sottointestatura 1212 99 70, l-aħħar sentenza hija emendata kif ġej:

“Iż-żerriegħa tal-qargħa ħamra (intestaturi 1207 jew 1209) m’hijiex inkluża f’din is-sottointestatura, bl-eċċezzjoni taż-żerriegħa tal-qargħa mqaxxra, li għandha tiġi kklassifikata taħt l-intestatura 1212 skont id-dispożizzjonijiet stipulati fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-każ C-229/06.”


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU C 137, 6.5.2011, p. 1.


Top