EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FB0075

Kawża F-75/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (l-Ewwel Awla) tas- 27 ta’ Settembru 2011 — Brown u Volpato vs Il-Kummissjoni ( Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2006 — Struttura ġdida ta’ karrieri — Estensjoni tal-karriera permezz tal-introduzzjoni ta’ gradi ġodda li ma kinux jeżistu l-ekwivalenti tagħhom fir-Regolamenti tal-Persunal preċedenti — Applikazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ta’ DĠE applikabbli mill-2005 — Prinċipju ta’ trattament ugwali — Effett retroattiv ta’ deċiżjonijiet ta’ promozzjoni f’data qabel l- 1 ta’ Mejju 2004 — Miżuri tranżitorji — Rikors li manifestament ma jistax jintlaqa’  )

ĠU C 340, 19.11.2011, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/39


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (l-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Settembru 2011 — Brown u Volpato vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-75/07) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2006 - Struttura ġdida ta’ karrieri - Estensjoni tal-karriera permezz tal-introduzzjoni ta’ gradi ġodda li ma kinux jeżistu l-ekwivalenti tagħhom fir-Regolamenti tal-Persunal preċedenti - Applikazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ta’ DĠE applikabbli mill-2005 - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Effett retroattiv ta’ deċiżjonijiet ta’ promozzjoni f’data qabel l-1 ta’ Mejju 2004 - Miżuri tranżitorji - Rikors li manifestament ma jistax jintlaqa’)

2011/C 340/80

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Colin Brown (Brussell, il-Belġju) u Alberto Volpato (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: B Cortese u C. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Arpio Santacruz u I. Šulce, u sussegwentement M. Bauer, J. Monteiro u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ppubblikata fl-Avviżi Amministrattivi Nru 55/2006 tas-17 ta’ Novembru 2006 safejn hija ppromoviet lir-rikorrenti għall-grad 9, u mhux għall-grad AD 10, fil-proċedura ta’ promozzjoni 2006.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Brown u Volpato u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, parti intervenjenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 235, 06.10.07, p. 30.


Top