Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0421

    Kawża T-421/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Ottubru 2011 — Cooperativa Vitivinícola Arousana vs UASI — Sotelo Ares (ROSALIA DE CASTRO) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ROSALIA DE CASTRO — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ROSALIA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti — Evalwazzjoni tax-xebh tas-sinjali fuq il-livell kunċettwali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 )

    ĠU C 340, 19.11.2011, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/19


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2011 — Cooperativa Vitivinícola Arousana vs UASI — Sotelo Ares (ROSALIA DE CASTRO)

    (Kawża T-421/10) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ROSALIA DE CASTRO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ROSALIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Evalwazzjoni tax-xebh tas-sinjali fuq il-livell kunċettwali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2011/C 340/39

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega (Meaño, Spanja) (rappreżentant: E. Sánchez-Quiñones González, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: María Constantina Sotelo Ares (Cambados, Spanja) (rappreżentant: C. Lema Devesa, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1804/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn María Constantina Sotelo Ares u l-Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 301, 06.11.2010.


    Top