Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0019

Kawża T-19/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Ottubru 2011 — Mindo vs Il-Kummissjoni ( Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq — Ħlas tal-multa mill-kodebitur in solidum — Rikorrenti suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza pendenti — Telf tal-interess ġuridiku — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni )

ĠU C 340, 19.11.2011, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2011 — Mindo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-19/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Ħlas tal-multa mill-kodebitur in solidum - Rikorrenti suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza pendenti - Telf tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 340/28

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mindo Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: J. Folguera Crespo u P. Vidal Martínez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment É. Gippini Fournier, N. Khan u F. Amato, sussegwentement minn É. Gippini Fournier, N. Khan u L. Malferrari, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4012 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.281/B.2 — Tabakk mhux ipproċessat — L-Italja), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq Mindo Srl.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

(2)

Mindo Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 60, 11.03.2006.


Top