This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0464
Case C-464/11: Reference for a preliminary ruling from the Tribunale di Palermo — Sezione Distaccata di Bagheria (Italy) lodged on 7 September 2011 — Paola Galioto v Maria Guccione and Others
Kawża C-464/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Palermo — Sezione Distaccata di Bagheria (l-Italja) fis- 7 ta’ Settembru 2011 — Paola Galioto vs Maria Guccione et
Kawża C-464/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Palermo — Sezione Distaccata di Bagheria (l-Italja) fis- 7 ta’ Settembru 2011 — Paola Galioto vs Maria Guccione et
ĠU C 340, 19.11.2011, pp. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
19.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Palermo — Sezione Distaccata di Bagheria (l-Italja) fis-7 ta’ Settembru 2011 — Paola Galioto vs Maria Guccione et
(Kawża C-464/11)
2011/C 340/18
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Palermo — Sezione Distaccata di Bagheria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Paola Galioto
Konvenuti: Maria Guccione, Maria Piera Savona, Fabio Savona
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/52/KE (1) fuq l-effikaċità u l-kompetenza tal-medjatur jistgħu jiġu interpretati fis-sens li huma jeħtieġu mill-medjatur li huwa jkollu b’mod partikolari kompetenzi fil-qasam ġuridiku u li l-għażla tiegħu, min-naħa tal-persuna responsabbli mill-organizzazzjoni, isseħħ neċessarjament fir-rigward tal-għarfien u esperjenzi professjonali speċifiċi fir-rigward tal-għan tad-disputa? |
|
(2) |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/52/KE jista’ jiġi interpretat fis-sens li huwa jeħtieġ l-istabbiliment tal-kriterji ta’ kompetenza territorjali tal-organizzazzjonijiet tal-medjazzjoni sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal proċeduri alternattivi ta’ riżoluzzjoni ta’ disputi u r-riżoluzzjoni amikevoli tad-disputi tiġi favorizzata? |
|
(3) |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/52/KE fuq ir-relazzjoni bilanċata bejn il-medjazzjoni u l-proċeduri ġudizzjarji, l-Artikolu 3(a), il-premessi 10 u 13 ta’ din l-istess direttiva, fuq il-karattru ċentrali tal-volontà tal-partijiet fil-ġestjoni tal-proċedura ta’ medjazzjoni kif ukoll fid-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tagħha, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li, meta ftehim amikevoli u spontanju ma jintlaħaqx, il-medjatur jista’ jagħmel proposta ta’ konċiljazzjoni, ħlief jekk il-partijiet jitolbuh flimkien biex ma jagħmilx dan (peress li huma jikkunsidraw li għandhom itemmu l-proċedura ta’ medjazzjoni)? |
(1) Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali (GU L 136, p. 3).