This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CB0056
Case C-56/10 P: Order of the Court (Seventh Chamber) of 22 June 2011 — Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. v Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs) (Appeal — Community trade mark — Figurative marks 100 and 300 — Refusal of registration — Regulation (EC) No 40/94 — Article 7(1)(b) and (c) — Distinctive character — Descriptive character — Article 38(2) — Disclaimer of any exclusive right to a non-distinctive element of a trade mark applied for)
Kawża C-56/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat- 22 ta’ Ġunju 2011 — Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Trade marks figurattivi 100 u 300 — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1)(b) u (ċ) — Karattru distintiv — Karattru deskrittiv — Artikolu 38(2) — Dikjarazzjoni li ma jiġix invokat dritt esklużiv fuq element ta’ trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni li ma hijiex ta’ karattru distintiv ( disclaimer ))

ĠU C 340, 19.11.2011, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
19.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/5 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2011 — Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-56/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade marks figurattivi 100 u 300 - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) - Karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 38(2) - Dikjarazzjoni li ma jiġix invokat dritt esklużiv fuq element ta’ trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni li ma hijiex ta’ karattru distintiv (“disclaimer”))
2011/C 340/08
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (rappreżentant: D. Rzążewska, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-“Qorti Ġenerali” (It-Tieni Awla), tad-19 ta’ Novembru 2009, Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (T-425/07 u T-426/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet iż-żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-3 ta’ Settembru 2007 (Każijiet R 1274/2006-4 u R 1275/2006-4), dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali 100 u 300 bħala trade marks Komunitarji — Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ), kif ukoll tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), kif issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Karattru deskrittiv ta’ trade marks ikkostitwiti esklużivament minn ċifri
Dispożittiv
|
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
(2) |
Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż. |