This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2011/289/09
Open call for proposals — GP/RPA/ReferNet-FPA/002/11 — ReferNet — Cedefop’s European Network for Vocational Education and Training (VET)
Sejħa pubblika għall-proposti – GP/RPA/ReferNet-FPA/002/11 – ReferNet – In-Netwerk Ewropew għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) tas-Cedefop
Sejħa pubblika għall-proposti – GP/RPA/ReferNet-FPA/002/11 – ReferNet – In-Netwerk Ewropew għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) tas-Cedefop
ĠU C 289, 1.10.2011, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 289/13 |
Sejħa pubblika għall-proposti – GP/RPA/ReferNet-FPA/002/11
ReferNet – In-Netwerk Ewropew għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) tas-Cedefop
2011/C 289/09
1. Objettivi u deskrizzjoni
Stabbilit fl-1975 u bbażat fil-Greċja sa mill-1995, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) huwa aġenzija tal-Unjoni Ewropea (UE). Rikonoxxut bħala sors awtorevoli ta’ informazzjoni u kompetenza dwar il-VET, il-ħiliet u l-kompetenzi, il-missjoni tiegħu huwa li jappoġġa l-iżvilupp ta’ politika Ewropea dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) u li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tagħha.
Refernet huwa n-netwerk Ewropew ta’ Cedefop għall-VET. Il-missjoni ddedikata għal ReferNet hija li dan jappoġġa lil Cedefop billi jirrapporta dwar sistemi nazzjonali tal-VET u dwar żviluppi ta’ politika u billi jgħolli l-viżibbiltà tal-VET u tal-prodotti ta’ Cedefop. Huwa jinkludi 29 membru magħrufin bħala l-imsieħba nazzjonali ta’ ReferNet minn xi Stat Membru tal-UE, mill-Islanda u min-Norveġja. L-imsieħba nazzjonali ta’ ReferNet huma l-istituzzjonijiet ewlenin involuti fil-VET fil-pajjiż li jirrappreżentaw.
Bil-għan li tistabbilixxi netwerk Ewropew għall-VET – ReferNet, din is-sejħa għandha l-għan li tagħżel applikant wieħed minn kull pajjiż eliġibbli li magħhom Cedefop sejjer jikkonkludi ftehim qafas ta’ sħubija ta’ erba’ snin; u li jikkonkludi ma’ kull applikant rebbieħ ftehim tal-għoti speċifiku għal pjan ta’ ħidma li għandu jitwettaq fl-2012.
Ftehimiet qafas ta’ sħubija huma implimentati permezz ta’ ftehimiet ta’ għotjiet speċifiċi. Għalhekk, l-applikanti mhux biss sejrin jissottomettu proposta għall-qafas ta’ sħubija ta’ 4 snin (li, jekk tirnexxi, sejra twassal għall-iffirmar ta’ Ftehim Qafas ta’ Sħubija għas-snin 2012 sa 2015) iżda wkoll applikazzjoni għall-għotja għall-azzjoni tal-2012 (li tista’ twassal għall-iffirmar ta’ Ftehim tal-Għoti Speċifiku għas-sena 2012). L-applikant irid juri l-kapaċità tiegħu li jwettaq l-attivitajiet kollha previsti matul il-perjodu ta’ erba’ snin u għandu jassigura kofinanzjament adegwat tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma.
2. Baġit u tul tal-proġett
Il-baġit stmat li huwa disponibbli għat-tul tal-erba’ snin tal-ftehimiet qafas ta’ sħubija jammonta għal EUR 4 000 000, jiddependi mid-deċiżjonijiet annwali tal-Awtorità Baġitarja.
Il-baġit totali disponibbli għall-pjan ta’ ħidma annwali tal-2012 (dewmien tal-proġett: 12-il xahar) huwa ta’ EUR 955 000 għas-27 Stat Membru, l-Islanda u n-Norveġja.
L-għotja tvarja skont il-popolazzjoni tal-pajjiż u tingħata għat-twettiq ta’ pjan ta’ ħidma annwali. Il-baġit totali disponibbli għall-pjan ta’ ħidma tal-2012 sejjer jitqassam fuq bażi ta’ tliet gruppi ta’ pajjiżi skont il-popolazzjoni tal-pajjiż:
— Grupp ta’ pajjiżi 1: Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, is-Slovenja u l-Islanda. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 23 615.
— Grupp ta’ pajjiżi 2: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovakka, l-Isvezja u n-Norveġja. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 33 625.
— Grupp ta’ pajjiżi 3: Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja, Spanja, ir-Renju Unit. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 43 620.
L-għotja tal-Unjoni hija kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż tal-benefiċjarju (u/jew tal-kobenefiċjarji) li jridu jiġu ssupplimentati bil-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom stess u/jew kontribuzzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew privati. Il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż 70 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Cedefop jirriserva d-dritt li ma jagħtix il-baġit totali disponibbli.
3. Kriterji ta’ eliġibbilità
Biex ikunu eliġibbli, l-applikanti jridu jissodifaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
ikunu organizzazzjoni pubblika jew privata, bi status legali u b’personalità ġuridika (persuni fiżiċi, jiġifieri individwi, ma humiex eliġibbli). |
(b) |
ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin: il-Belġju, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, Franza, il-Greċja, l-Irlanda, il-Latvja, Malta, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja, n-Norveġja. |
4. Data tal-għeluq
L-applikazzjonijiet għall-ftehim qafas ta’ sħubija U għall-pjan ta’ ħidma tal-2012 għandhom jiġu sottomessi sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Ottubru 2011.
Il-pjan ta’ ħidma tal-2012 li jsegwi l-għoti tal-ftehim speċifiku tal-għoti tal-2012 sejjer jibda f’Jannar 2012 u għandu jdum 12-il xahar.
5. Aktar informazzjoni
L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tas-sejħa għall-proposti, il-formola tal-applikazzjoni u l-annessi tagħha sejrin ikunu disponibbli mit-30 ta’ Settembru 2011 mill-websajt ta’ Cedefop fl-indirizz li ġej:
http://www.cedefop.europa.eu/EN/working-with-us/public-procurements/calls-for-proposals.aspx
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-test sħiħ tas-sejħa u għandhom jiġu sottomessi fuq il-formoli uffiċjali pprovduti.
L-evalwazzjoni tal-proposti sejra tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali.
L-applikazzjonijiet kollha sottomessi sejrin jiġu evalwati minn kumitat ta’ esperti fuq il-kriterji tal-eliġibbilità, tal-esklużjoni, tal-għażla u tal-għoti stabbiliti fil-verżjoni tat-test komplet tas-sejħa.