This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0429
Case T-429/11: Action brought on 4 August 2011 — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria v Commission
Kawża T-429/11: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Awwissu 2011 — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni
Kawża T-429/11: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Awwissu 2011 — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni
ĠU C 282, 24.9.2011, p. 46–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/46 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2011 — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-429/11)
2011/C 282/85
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado, avukat, M. Núñez-Müller, avukat, u J. Domínguez Pérez, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni; |
— |
sussidjarjament, tannulla parzjalment l-Artikolu 1(4) u (5) tad-Deċiżjoni; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni, jew temenda l-portata tiegħu kif xieraq, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa dirett kontra l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-12 ta’ Jannar 2011, fil-Każ Nru C 45/2007 (ex NN 51/2007, ex CP 9/2007), dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin implimentata minn Spanja (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni”).
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 107 u 108 TFUE billi tikkunsidra li l-Artikolu 12(5) tat-Texto Refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades español (l-Liġi kkonsolidata dwar it-taxxa tad-dħul tal-kumpanniji Spanjoli, iktar ’il quddiem “TRLIS”) jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat peress li jippermetti l-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma ta’ kumpanniji barra mill-Komunità. |
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ dritt u ksur tal-proċedura billi tikkunsidra li sabiex jiġi konkluż li miżura hija għajnuna mill-Istat li għandha tiġi pprojbita fl-intier tagħha, huwa biżżejjed li l-applikazzjoni tagħha twassal għal ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi li jikkostitwixxu għajnuna. |
(3) |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, billi d-Deċiżjoni tikkonkludi li: (i) il-miżura hija għajnuna illegali fl-intier tagħha inkluż fir-rigward ta’ pajjiżi bħaċ-Ċina jew l-Indja u pajjiżi oħra fejn intweriet jew tista’ tintwera l-eżistenza ta’ ostakoli legali espliċiti għall-aggregazzjonijiet transkonfinali ta’ impriżi, u li (ii) il-miżura hija għajnuna mill-Istat inkompatibbli fl-intier tagħha, inkluż fl-awtorizzazzjoni tat-tnaqqis tal-avvjament fir-rigward tal-akkwiżizzjoni ta’ maġġoranza ta’ ishma f’impriżi barranin barra mill-Unjoni. |
(4) |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ trattament ugwali peress li l-Kummissjoni ddevjat mil-linji gwida tal-Komunikazzjoni dwar it-tassazzjoni diretta u mill-prassi amministrattiva tagħha. |
(5) |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba billi l-Kummissjoni ma vverifikatx il-portata eżatta tal-ostakoli prattiki għall-fużjoni kummerċjali barra mill-Komunità. |
(6) |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni tal-portata tal-aspettativi leġittimi rikonoxxuti fid-Deċiżjoni. |
(7) |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-motivazzjoni insuffiċjenti tad-Deċiżjoni. |