This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0425
Case T-425/11: Action brought on 3 August 2011 — Hellenic Republic v Commission
Kawża T-425/11: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Awwissu 2011 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni
Kawża T-425/11: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Awwissu 2011 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni
ĠU C 282, 24.9.2011, p. 45–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/45 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2011 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-425/11)
2011/C 282/83
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Milonopoulos u K. Boskovits)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 3504 finali, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar għajnuna mill-Istat favur ċerti każinos Griegi, Nru C 16/2010 (ex NN 22/2010, ex CP 318/2009).
Insostenn ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti tressaq il-motivi ta’ annullament li ġejjin.
(1) |
L-ewwel motiv : Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFEU dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat. B’mod iktar speċifiku, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta hija żbaljat meta tqis li prezz ta’ dħul inqas għal ċerti każinos jagħti lil dawn tal-aħħar vantaġġ permezz ta’ tnaqqis fid-dħul Statali. Barra minn hekk, l-allegati benefiċjarji tal-għajnuna ma humiex f’pożizzjoni legali u fattwali paragunabbli ma’ dik ta’ każinos oħra li joperaw fil-Ġreċja, u għaldaqstant, il-kummerċ intra-Komunitarju ma huwiex affettwat u l-kummerċ fis-suq intern ma huwiex distort. |
(2) |
It-tieni motiv : motivazzjoni inadattata, insuffiċjenti u kuntradittorja fir-rigward tal-istabbiliment ta’ għajnuna mill-Istat. Ir-rikorrenti tosserva b’mod partikolari li l-motivazzjoni hija kontradittorju peress li taċċetta li prezz inqas ta’ biljett jista’ jżid il-klijenti fil-każinos inkwistjoni, filwaqt li fl-istess ħin tikkontesta ż-żieda fid-dħul tal-Istat minħabba din iż-żieda ta’ klijenti. Barra minn hekk, il-motivazzjoni hija insuffiċjenti fir-rigward tal-prova tal-vantaġġ u fl-istabbiliment ta’ effett fuq il-kummerċ intra-Komunitarju u hija ovvjament żbaljat fir-rigward tal-prova tan-natura selettiva tal-miżura. |
(3) |
It-tielet motiv : L-irkupru tal-għajnuna jikser l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/99 (1). B’mod iktar speċifiku, ir-rikorrenti ssostni li l-għajnuna ma hijiex imfittxa mingħand il-benefiċjarji reali, jiġifieri l-klijenti tal-każinos li jżommu prezz ta’ biljett inqas. Barra minn hekk, l-irkupru huwa kuntrarju għall-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, minħabba l-ġurisprudenza preċedenti tal-Kunsill tal-Istat Grieg u l-aġir tal-konvenuta, u għall-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità peress li timponi piżijiet sproporzjonati u mhux ġustifikati fuq l-allegati benefiċjarji tal-għajnuna u ssaħħah il-pożizzjoni kompetittiva tal-każinos li l-prezz tal-biljett tagħhom huwa ta’ EUR 12. |
(4) |
Ir-raba’ motiv : Il-konvenuta kkalkolat b’mod żbaljat is-somom li għandhom jiġu rkuprati. Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma tistax tikkalkola b’mod preċiż l-allegat vantaġġ tal-benefiċjarji tal-għajnuna u ma tieħux inkunsiderazzjoni l-effett li l-prezz orħos ta’ biljett kellu jew setgħa kellu fuq id-domanda. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).