Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0407

    Kawża T-407/11: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Lulju 2011 — SRF vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    ĠU C 282, 24.9.2011, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/41


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2011 — SRF vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    (Kawża T-407/11)

    2011/C 282/77

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: SRF Ltd (New Delhi, l-Indja) (rappreżentanti: F. Graafsma u J. Cornelis, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 469/2011, tat 13 ta’ Mejju 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1292/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal polietilene (PET) li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 129, 17.5.2011, p. 1, iktar ’il quddiem ir-“Regolament ikkontestat”); u

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka raġuni waħda prinċipali fondata fid dritt, li tallega li r-Regolament ikkontestat jikser l-Artikolu 9(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal Komunità Ewropea (1), li tgħid li:

    (1)

    L-ewwel nett, l-imsemmi artikolu jistipula li d-dazju antidumping għall esportaturi jew produtturi li għamlu lilhom infushom magħrufa imma ma kinux inklużi fil-kampjun ma għandux jaqbeż il-marġini ta’ dumping medju peżat stabbilit għall-partijiet magħżula fil-kampjun, fejn il-marġni żero u de minimis għandhom jiġu injorati. Billi jimponi dazju antidumping ta’ 15,5 % fuq SRF, ir-Regolament ikkontestat jikser din ir-regola peress li l-marġni ta’ dumping medju peżat għall-partijiet magħżula fil-kampjun, li l-marġni tad dumping tagħhom ma humiex żero jew de minimis huwa anqas minn 15,5 %; u

    (2)

    It-tieni nett, billi jobbliga lill-produttur esportatur jitlob reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 għall-applikazzjoni tal-Artikolu 9(6), f’sitwazzjoni li fiha r-rati tad-dazju antidumping eżistenti jiġu aġġustati wara l-iskadenza tal-miżuri kumpensatorji simultanji, ir-Regolament ikkontestat idaħħal kundizzjoni fl-Artikolu 9(6) li hija assenti fit-test espliċitu ta’ din id-dispożizzjoni, ħaġa li tammonta għall interpretazzjoni mhux permessa mill-Kunsill.


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51 (test ikkonsolidat)


    Top