EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0397

Kawża T-397/11: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Lulju 2011 — Symfiliosi vs FRA

ĠU C 282, 24.9.2011, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/36


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2011 — Symfiliosi vs FRA

(Kawża T-397/11)

2011/C 282/70

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Symfiliosi (Nikosija, Ir-Repubblika ta’ Ċipru) (rappreżentant: L. Christodoulou, avukat)

Konvenuta: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tat-23 ta’ Mejju 2011, li tagħti l-ewwel kuntratt qafas taħt is-sejħa għal offerti F/SE/10/03 — Lott 12 Ċipru lil First Elements, u t-tieni kuntratt qafas lil Symfiliosi;

tikkundanna lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq motiv wieħed, li permezz tiegħu tallega li l-Aġenzija naqset milli tipprovdi motivazzjoni għad-deċiżjoni tagħha. Barra minn hekk, hija tikkontesta s-sustanza tal-evalwazzjoni tal-offerti, u tallega li din tal-aħħar kienet arbitrarja, mhux raġjonevoli u illegali.


Top