EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0384

Kawża T-384/11: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Lulju 2011 — Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill

ĠU C 282, 24.9.2011, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/31


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2011 — Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill

(Kawża T-384/11)

2011/C 282/63

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Safa Nicu Sepahan (Isfahan, l-Iran) (rappreżentant: A. Bahrami, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara nulla u bla effett l-entrata Nru 19 tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010 L 281, p. 1) kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011 L 136, p. 26);

tiddikjara li l-konvenut kiser l-Artikolu 265 TFUE billi naqas milli jeżamina t-talba għal eżami mill-ġdid tal-entrata Nru 19 ippreżentata mir-rikorrenti fis-7 ta’ Ġunju 2011;

tordna t-tneħħija ta’ isem ir-rikorrenti mil-lista ta’ sanzjonijiet adottati mill-Unjoni Ewropea;

tagħti lir-rikorrenti kumpens ta’ ammont li jiġi stabbilit fil-kuntest tal-proċeduri preżenti iżda ta’ minimu ta’ EUR 2 000 000, u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kunsill peress li l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi hija żbaljata, ekwivoka, mhux preċiża, inkompleta u b’hekk totalment illegali.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas manifest ta’ indikazzjoni mill-Kunsill tar-raġunijiet tal-inklużjoni tal-isem tar-rikorrenti fil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi.


Top