Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0367

    Kawża T-367/11: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Lulju 2011 — Lyder Enterprises vs CPVO Liner Plants NZ (1993) (Southern Splendour)

    ĠU C 282, 24.9.2011, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/28


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2011 — Lyder Enterprises vs CPVO Liner Plants NZ (1993) (Southern Splendour)

    (Kawża T-367/11)

    2011/C 282/57

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Lyder Enterprises Ltd (Auckland, New Zealand) (rappreżentanti: G. Pickering, Solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Liner Plants NZ (1993) Ltd (Waitakere, New Zealand)

    Talbiet

    tirrevoka u tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti, tat-18 ta’ Frar 2011, fil-Kawża A007/2010; u

    tissospendi l-proċeduri sakemm tingħata s-sentenza finali mill-High Court ta’ New Zealand fil-Kawża Nru CIV:2001:404:2969.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għad-dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti: ir-rikorrenti

    Dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti kkonċernat: Southern Splendor — applikazzjoni għal dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti Nru 2006/1888

    Opponenti għall-applikazzjoni għat-talba għad-dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Raġunijiet għall-oġġezzjoni: l-oġġezzjoni saret abbażi tal-allegazzjoni li r-rikorrenti ma kinitx il-persuna li kabbret, jew li skopriet u żviluppat il-varjetà, jew is-suċċessur tiegħu fit-titolu

    Deċiżjoni tal-Kumitat tas-CPVO: Applikazzjoni Nru 2006/1888 għall-varjetà “Southern Splendour” rifjutata (Deċiżjoni Nru R972)

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

    Motivi invokati: Ksur tar-regola ta’ audi alteram partes, nuqqas ta’ kompetenza, nuqqas li jinftiehmu r-regoli fundamentali tal-ġustizzja naturali u ksur ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda li l-provi li jinsabu fl-ittri tar-rikorrenti ma kinux aċċettabbli peress li ma kinux fil-format ta’ affidavit.


    Top