Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0359

    Kawża T-359/11: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Lulju 2011 — Makhlouf vs Il-Kunsill

    ĠU C 282, 24.9.2011, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/25


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2011 — Makhlouf vs Il-Kunsill

    (Kawża T-359/11)

    2011/C 282/54

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Hefez Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: P. Grollet u G. Karouni, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 tad-9 ta’ Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrent;

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK tad-9 ta’ Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrent;

    tannulla d-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni 2011/302/PESK, li permezz tagħha l-anness tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK huwa sostitwit bit-test li jidher fl-anness tad-Deċiżjoni tat-23 ta’ Mejju, sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrent;

    tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq. Ir-rikorrent isostni li d-drittijiet tad-difiża tiegħu ġew miksura peress li sofra s-sanzjonijiet inkwistjoni mingħajr ma l-ewwel instema’, mingħajr ma kellu l-opportunità jiddefendi ruħu u mingħajr ma kellu konoxxenza tal-elementi li abbażi tagħhom ittieħdu dawn il-miżuri.

    (2)

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu tal-motivazzjoni skont l-Artikolu 296(2) TFUE. Ir-rikorrent jallega li l-Kunsill impona fuqu miżuri restrittivi, mingħajr ma kkomunikalu r-raġunijiet, bil-għan li huwa jkun jista’ jista’ jesponi l-motivi tad-difiża tiegħu. Ir-rikorrent jallega li l-konvenut kien sodisfatt b’formulazzjoni ġenerika u sterotipata, mingħajr ma semma’ b’mod preċiż il-punti ta’ fatt u ta’ dritt li fuqhom tiddependi l-ġustifikazzjoni legali tad-deċiżjoni tiegħu u l-kunsiderazzjonijiet li ġegħluh jieħu dik id-deċiżjoni.

    (3)

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-garanzija rigward id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Ir-rikorrent isostni li, mhux biss ma setax isostni l-perspettiva tiegħu b’mod utli quddiem il-Kunsill, iżda anki li fl-assenza ta’ kwalunkwe indikazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata ta’ motivi speċifiċi u konkreti li jiġġustifikawha, huwa ma kienx fil-pożizzjoni li jeżerċita r-rikors tiegħu quddiem il-Qorti Ġenerali.

    (4)

    Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ġenerali tal-proporzjonalità.

    (5)

    Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-dritt tal-proprjetà, sa fejn il-miżuri restrittivi, u aktar preċiżament il-miżura tal-iffriżar ta’ fondi, tikkostitwixxi preġudizzju sproporzjonat fil-konfront tad-dritt fundamentali tar-rikorrent li jiddisponi mill-beni tiegħu b’mod liberu.

    (6)

    Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-dritt għall-ħajja privata, sa fejn il-miżuri tal-iffriżar ta’ fondi u li jirrestrinġu l-libertà li wieħed imur u jiġi jikkostitwixxu bl-istess mod preġudizzju sproporzjonat fil-konfront tad-dritt fundamentali tar-rikorrent.


    Top