This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TB0451
Case T-451/10: Order of the General Court of 21 July 2011 — Fuchshuber Agrarhandel v Commission (Action for damages — Common agricultural policy — Standing invitations to tender for the purchase of cereals on the Community market — Commission’s supervisory power — Sufficiently serious breach of a rule of law conferring rights on individuals — Action obviously lacking any basis in law)
Kawża T-451/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 21 ta’ Lulju 2011 — Fuchshuber Agrarhandel vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għad-danni — Politika agrikola komuni — Sejħiet għall-offerti permanenti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali fis-suq Komunitarju — Setgħa ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni — Ksur manifestament serju ta’ dispożizzjoni legali li tati drittijiet lill-individwi — Rikors manifestament infondat fid-dritt” )

ĠU C 282, 24.9.2011, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/21 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2011 — Fuchshuber Agrarhandel vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-451/10) (1)
(Rikors għad-danni - Politika agrikola komuni - Sejħiet għall-offerti permanenti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali fis-suq Komunitarju - Setgħa ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni - Ksur manifestament serju ta’ dispożizzjoni legali li tati drittijiet lill-individwi - Rikors manifestament infondat fid-dritt)
2011/C 282/43
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fuchshuber Agrarhandel GmbH (Hörsching, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Lehner, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen u D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Rikors għad danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba nuqqas ta’ investigazzjoni, min naħa tal-Kummissjoni, tal-kundizzjonijiet ta’ implementazzjoni tas-sejħiet għall-offerti permananti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali fis-suq Komunitarju, f’dan il-każ qamħirrun miżmum mill-aġenzija ta’ intervent Ungeriża.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt. |
(2) |
Fuchshuber Agrarhandel GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |