EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0393

Kawża T-393/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ April 2011 — Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa — Garanzija bankarja — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni” )

ĠU C 282, 24.9.2011, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/20


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-393/10 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni)

2011/C 282/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Westfälische Drahtindustrie GmbH ((Hamm, il-Ġermanja); Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG (Hamm); u Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Stadler u N. Tkatchenko, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn de R. Van der Hout, avukat)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, sa fejn timponi multi fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu impost fuq Westfähliche Drahtindustrie GmbH, fuq Westfähliche Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG u fuq Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG li jikkostitwixxu garanzija favur il-Kummissjoni Ewropea bil-għan jiġi evitat l-irkupru immedjat tal-multi imposti fuqhom permezz tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, hija mogħtija taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Westfähliche Drahtindustrie GmbH, Westfähliche Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG u Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG iħallsu s-somma ta’ EUR [kunfidenzjali] miljuni lill-Kummissjoni qabel it-30 ta’ Ġunju 2011;

Huma jħallsu lill-Kummissjoni rati ta’ EUR 300 000 kull xahar mill-15 ta’ Lulju 2011 (u fil-15 ta’ kull xahar segwenti) sa ordni ġdid, iżda mhux iktar tard mid-deċiżjoni tas-sentenza li ser tingħata fil-kawża prinċipali.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top