Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0004

Kawża T-4/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 30 ta’ Ġunju 2011 — Al Saadi vs il-Kummissjoni ( “Mewt tar-rikorrent — Nuqqas ta’ tkomplija tal-kawża mill-aventi kawża — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

ĠU C 282, 24.9.2011, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Al Saadi vs il-Kummissjoni

(Kawża T-4/10) (1)

(Mewt tar-rikorrent - Nuqqas ta’ tkomplija tal-kawża mill-aventi kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 282/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Faraj Faraj Hassan Al Saadi (Leicester, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Jones, barrister, u M. Arani, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, T. Scharf u E. Paasivirta, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Szostak u E. Finnegan, aġenti); Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment minn G. Palmieri, sussegwentement minn G. Albenzio, avvocati dello Stato); u r-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, E. Belliard u L. Butel, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 954/2009, tat-13 ta’ Ottubru 2009, li jemenda għall-114-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, sa fejn r-rikorrent jidher fuq il-listi ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet (ĠU L 269, p. 20).

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010.


Top