This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0393
Case C-393/11: Reference for a preliminary ruling from the Consiglio di Stato (Italy) on 25 July 2011 — Autorità per l’Energia Elettrica e il Gas v Antonella Bertazzi and Others
Kawża C-393/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil- 25 ta’ Lulju 2011 — Autorità per l’energia elettrica e il gas vs Antonella Bertazzi et
Kawża C-393/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil- 25 ta’ Lulju 2011 — Autorità per l’energia elettrica e il gas vs Antonella Bertazzi et
ĠU C 282, 24.9.2011, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-25 ta’ Lulju 2011 — Autorità per l’energia elettrica e il gas vs Antonella Bertazzi et
(Kawża C-393/11)
2011/C 282/28
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Autorità per l’Energia Elettrica e il Gas
Konvenuti: Antonella Bertazzi, Annalise Colombo, Maria Valeria Contin, Angela Filippina Marasco, Guido Giussani, Lucia Lizzi, Fortuna Peranio
Domandi preliminari
(1) |
Abbażi tad-dispożizzjoni tal-klawżola 4(4) tal-Anness tad-Direttiva 1999/70/KE (1) (li tistabbilixxi li “kwalifiki ta’ perjodu ta’ servizz [anzjanità] relatati għall-kondizzjonijiet partikolari ta’ l-impjieg għandhom ikunu l-istess għal ħaddiema għal terminu fiss [żmien determinat] kif ukoll għal ħaddiema permanenti ħlief meta kwalifiki ta’ tul ta’ servizz differenti huma ġustifikati fuq bażi oġġettivi”), hija applikabbli — minħabba li hija ġġustifikata minn raġunijiet oġġettivi — id-dispożizzjoni nazzjonali (Artikolu 75(2), D.L. Nru 112/08) li xxejjen totalment l-anzjanità tas-servizz miksuba fi ħdan l-Awtoritajiet indipendenti taħt kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, f’każ ta’ stabilizzazzjoni b’mod eċċezzjonali — b’deroga għall-prinċipju li jinsab fl-Artikolu 36(5), D.Lgs. Nru 165/01 — tal-ħaddiema kkonċernati, wara “eżamijiet ta’ selezzjoni” li ma jistgħux jitqiesu bħala kompetizzjoni pubblika ordinarja bl-eżami (intiża sabiex il-funzjonijiet li għandhom jitwettqu jiġu fdati bl-aħjar mod lill-kandidati li jkunu għaddew), iżda li jippermettu, eċċezzjonalment, l-istabbiliment ta’ dik li għandha titqies bħala relazzjoni ġdida tax-xogħol, b’effett “ex nunc”?; |
(2) |
Min-naħa l-oħra, abbażi tal-istess Direttiva 1999/70/KE, huwa ammissibbli — bil-konsegwenza tan-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni nazzjonali — li jkun hemm nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni mhux biss tal-anzjanità, iżda anki tal-avvanzi fil-karriera li jkunu seħħew matul is-snin u fis-seħħ fid-data tal-istabilizzazzjoni li seħħet, b’mod sħiħ jew fir-rigward tal-parti li taqbeż il-limiti kemm tal-anzjanità tas-servizz, mitluba sabiex jingħata aċċess għall-eżamijiet ta’ selezzjoni inkwistjoni, kif ukoll tal-miżuri eventwali ta’ salvagwardja, li l-leġiżlatur nazzjonali jkun awtorizzat li jħejji sabiex jipproteġi, b’mod raġonevoli, il-postijiet tal-kandidati li jkunu għaddew mill-kompetizzjoni? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.