This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0392
Case C-392/11: Reference for a preliminary ruling from First-tier Tribunal (Tax Chamber) (United Kingdom) made on 25 July 2011 — Field Fisher Waterhouse LLP v Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs
Kawża C-392/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fil- 25 ta’ Lulju 2011 — Field Fisher Waterhouse LLP vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Kawża C-392/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fil- 25 ta’ Lulju 2011 — Field Fisher Waterhouse LLP vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
ĠU C 282, 24.9.2011, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fil-25 ta’ Lulju 2011 — Field Fisher Waterhouse LLP vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
(Kawża C-392/11)
2011/C 282/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Field Fisher Waterhouse LLP
Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs.
Domandi preliminari
(1) |
Id-domanda prinċipali f’din il-kawża tirrigwarda l-kwistjoni jekk is-servizzi pprovduti minn kerrejja taħt kuntratt ta’ kiri konkluż mal-lokatarji tagħhom (iktar ’il quddiem, is-“servizzi”), għandhomx jitqiesu bħala element ta’ provvista waħda eżenti ta’ kiri ta’ art, jew minħabba l-fatt li s-servizzi jifformaw oġġettivament provvista ekonomika waħda indiviżibbli flimkien mal-kiri jew minħabba li huma “aċċessorji” tal-kiri, li huwa l-provvista prinċipali (iktar ’il quddiem, il-“provvista prinċipali”). Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, u fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-572/07, Tellmer, kemm huwa rilevanti li s-servizzi jistgħu (iżda fil-fatt ma humiex) jiġu pprovduti minn persuni li ma humiex il-kerrejja, minkejja li taħt il-kundizzjonijiet tal-kuntratti ta’ kiri inkwistjoni, il-lokatarji setgħu biss jirċievu s-servizzi mill-kerrejja? |
(2) |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk din hijiex provvista waħda, huwa rilevanti li n-nuqqas tal-lokatarju li jħallas is-somma dovuta għas-servizzi jippermetti lill-kerrej mhux biss li jirrifjuta li jipprovdi s-servizzi iżda wkoll li jħassar il-kuntratt ta’ kiri mal-lokatarju? |
(3) |
Jekk ir-risposta għad-domanda 1 tkun li l-possibbiltà li s-servizzi jiġi pprovduti minn partijiet terzi direttament lil-lokatarju hija rilevanti, din il-possibbiltà hija biss fattur kontributorju sabiex jiġi ddeterminat jekk is-servizzi humiex provvista ekonomika waħda indiviżibbli, b’tali mod li s-separazzjoni tagħhom tkun waħda artifiċjali, jew jekk humiex provvista aċċessorja tal-provvista pinċipali, jew hija fattur determinati? Jekk hija sempliċement fattur kontributorju jew, jekk ma hijiex rilevanti, liema huma l-fatturi l-oħra li huma rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk is-servizzi humiex provvista aċċessorja? B’mod partikolari, kemm huwa rilevanti li s-servizzi jitwettqu fil- jew fir-rigward tal-fond lokatizju li huwa s-suġġett tal-kiri, jew f’partijiet oħra tal-bini? |
(4) |
Jekk il-possibbiltà li partijiet terzi jipprovdu s-servizzi hija rilevanti, huwa iktar importanti jekk is-servizzi jistgħux bħala kwistjoni legali jiġi pprovduti minn partijiet terzi, anki jekk dan ikun diffiċli fil-prattika sabiex jiġi organizzat jew miftiehem mal-kerrej, jew hija l-possibbiltà prattika jew il-prattika komuni fil-provvista ta’ tali servizzi l-kunsiderazzjoni rilevanti? |
(5) |
Is-servizzi fil-kawża preżenti jirrappreżentaw sensiela ta’ servizzi pprovduti bil-ħlas ta’ somma waħda dovuta għal dawn is-servizzi bħala korrispettiv. Fil-każ li wħud mis-servizzi (eż. tindif tal-partijiet komuni, provvista ta’ servizzi ta’ sigurtà) ma humiex parti mill-provvista ekonomika waħda indiviżibbli jew għandhom jitqiesu bħala aċċessorji tal-provvista priniċipali, iżda servizzi oħra huma, jista’ jiġi ddeterminat il-korrispettiv totali bejn is-servizzi varji sabiex tiġi ddeterminata l-parti tal-korrispettiv li hija taxxabbli, u dik li ma hijiex? Jew inkella jkun korrett jekk is-sensiela ta’ servizzi pprovduti jitqiesu bħala marbuta flimkien b’tali mod li jifformaw “provvista ekonomika waħda indiviżibbli, b’tali mod li s-separazzjoni tagħhom tkun waħda artifiċjali”, li hija fiha nnifsiha provvista waħda separata mill-kiri tal-proprjetà? |