Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0362

    Kawża C-362/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial de Santa Maria da Feira (il-Portugall) fit- 8 ta’ Lulju 2011 — Serafim Gomes Oliveira vs Lusitânia — Companhia de Seguros, SA

    ĠU C 282, 24.9.2011, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial de Santa Maria da Feira (il-Portugall) fit-8 ta’ Lulju 2011 — Serafim Gomes Oliveira vs Lusitânia — Companhia de Seguros, SA

    (Kawża C-362/11)

    2011/C 282/17

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Judicial de Santa Maria da Feira

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Serafim Gomes Oliveira

    Konvenut: Lusitânia — Companhia de Seguros, SA

    Domanda preliminari

    Dispożizzjoni tad-dritt Portugiż, li tirrikjedi li l-kumpens jitnaqqas fi proporzjon mat-tort taż-żewġ partijiet fl-inċident inkwistjoni, li seħħ f’Novembru 2006 bejn rota u vettura għall-passiġġieri b’assigurazzjoni obbligatorja ta’ vettura b’mutur, hija konsistenti mad-dritt Komunitarju, anki jekk iċ-ċiklist kellu anqas minn 20 % tat-tort?


    Top