Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0331

    Kawża C-331/11: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja

    ĠU C 282, 24.9.2011, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/4


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja

    (Kawża C-331/11)

    2011/C 282/07

    Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marghelis u A. Tokár, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka

    Talbiet tar-rikorrenti

    tiddikjara li, billi ppermettiet il-funzjonament tal-landfill Žilina — Považský Chlmec mingħajr pjan ta’ kondizzjonament għas-sit u mingħajr ma ġiet adottata deċiżjoni definittiva dwar il-kwistjoni jekk l-imsemmija landfill tistax tkompli bl-attività tagħha abbażi ta’ pjan ta’ kondizzjonament approvat, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(a), (b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April tal-1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’ terraferma [landfill] (1).

    tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-landfill Žilina — Považský Chlmec qed titħaddem mingħajr ma ġie ppreżentat pjan ta’ kondizzjonament tagħha u mingħajr ma ġew approvati l-eventwali aġġustamenti abbażi tal-pjan ta’ kondizzjonament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li, billi ppermettiet il-funzjonament tal-landfill Žilina — Považský Chlmec mingħajr pjan ta’ kondizzjonament tas-sit u mingħajr ma ġiet adottata deċiżjoni definittiva dwar il-kwistjoni jekk l-imsemmija landfill tistax tkompli bl-attività tagħha abbażi ta’ pjan ta’ kondizzjonament approvat, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(a), (b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April tal-1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’ terraferma [landfill].


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228


    Top