This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0310
Case C-310/11: Reference for a preliminary ruling from First-tier Tribunal (Tax Chamber) (United Kingdom) made on 20 June 2011 — Grattan plc v The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs
Kawża C-310/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fl- 20 ta’ Ġunju 2011 — Grattan plc vs The Commissioners of Her Majesty’s Revenue & Customs
Kawża C-310/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fl- 20 ta’ Ġunju 2011 — Grattan plc vs The Commissioners of Her Majesty’s Revenue & Customs
ĠU C 282, 24.9.2011, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fl-20 ta’ Ġunju 2011 — Grattan plc vs The Commissioners of Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-310/11)
2011/C 282/03
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Grattan plc
Konvenut: The Commissioners of Her Majesty’s Revenue & Customs
Domanda preliminari
Fir-rigward tal-perijodu ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 1978, persuna taxxabbli għandha, abbażi tal-effett dirett tal-Artikolu 8(a) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta’ April 1967 (67/228/KEE (1)) u/jew tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ trattament ugwali, id-dritt li tikkunsidra a posteriori li l-valur taxxabbli ta’ provvista ta’ beni kien tnaqqas meta, wara d-data ta’ meta seħħet din il-provvista ta’ beni, il-fornitur tal-provvista ta lid-destinatarju tagħha kreditu li d-destinatarju ddeċieda li jieħu jew fil-forma ta’ ħlas fi flus, jew inkella fil-forma ta’ kreditu validu fuq ammonti dovuti lill-fornitur għal provvisti ta’ beni diġà pprovduti lid-destinatarju?
(1) It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE, tal-11 ta’ April 1967, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Struttura u metodi ta’ applikazzjoni tas-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 71, p. 1303).