This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0255
Case C-255/11: Reference for a preliminary ruling from the Amtsgericht Geldern (Germany) lodged on 24 May 2011 — Nadine Büsch and Björn Siever v Ryanair Ltd
Kawża C-255/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Geldern (il-Ġermanja) fl- 24 ta’ Mejju 2011 — Nadine Büsch u Björn Siever vs Ryanair Ltd
Kawża C-255/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Geldern (il-Ġermanja) fl- 24 ta’ Mejju 2011 — Nadine Büsch u Björn Siever vs Ryanair Ltd
ĠU C 226, 30.7.2011, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
30.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Geldern (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Mejju 2011 — Nadine Büsch u Björn Siever vs Ryanair Ltd
(Kawża C-255/11)
2011/C 226/28
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Geldern
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nadine Büsch u Björn Siever
Konvenuta: Ryanair Ltd
Domandi preliminari
|
(1) |
Id-dritt għal kumpens ipprovdut skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 (1) huwa dritt għad-danni li, fil-każ ta’ dewmien twil ta’ titjira, huwa suġġett għar-restrizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Montréal (2) skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal? |
|
(2) |
Id-dritt għal kumpens stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 huwa ta’ natura mhux kumpensatorja fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal, sa fejn jeċċedi d-danni kkawżati lill-passiġġieri minħabba d-dewmien twil? Konsegwentement, dan jeskludi kompletament dritt għal kumpens jew, fil-każ ta’ dewmien, dan jitnissel biss sal-ammont tad-danni attwalment subiti? |
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2001, dwar il-konklużjoni tal-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjoni bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta’ Montréal) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 491).