Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0269

    Kawża T-269/11: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Mejju 2011 — Xeda International vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 211, 16.7.2011, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 211/31


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 — Xeda International vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-269/11)

    2011/C 211/66

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Xeda International SA (Saint Andiol, Franza) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tiddikjara l-applikazzjoni ammissibbli u fondata.

    tannulla id-deċiżjoni kkontestata.

    tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/143/EU, tat-3 ta’ Marzu 2011, li tikkonċerna n-noninklużjoni tal-etossikina fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE (ĠU L 59, p. 71).

    B’riżultat tad-deċiżjoni kkontestata, l-entrata għal etossikina fid-Deċiżjoni 2008/941/EU ġiet imħassra u l-etossikina mhux ser tiġi inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. B’riżultat ta’ dan, ir-rikorrenti mhux ser tkun iktar tista’ tipproduċi u tbigħ l-etossikina u prodotti abbażi ta’ etossikina fl-Unjoni Ewropea u mit-3 ta’ Settembru 2011 ser titlef ir-reġistrazzjonijiet tal-prodott tagħha fl-Istati Membri.

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata effettivament tipprojbixxi l-użu tal-etossikina fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti abbażi ta’ tħassib xjentifiku u l–allegat lakuna ta’ data msemmija fil-premessa 6 tagħha, fejn kull wieħed minnhom kien adegwatament indirizzat mir-rikorrenti jew ma kienx ta’ tħassib li jiġġustifika nuqqas ta’ inklużjoni.

    (2)

    It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u ta’ ksur tal-forom proċedurali sostanzjali. Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata tikser id-drittijiet tad-difiża tagħha u d-dritt tagħha għal smigħ, xieraq billi ma tagħtx opportunità u ħin biżżejjed lir-rikorrenti sabiex tindirizza tħassib imqajjem tardivament fil-proċedura, u billi naqset milli tikkunsidra b’attenzjoni l-kummenti tagħha fir-rigward tal-allegat lakuna ta’ data.

    (3)

    It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegat ksur tal-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-UE.

    Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti li jirriżultaw mill-proċedura ta’ preżentazzjoni mill-ġdid taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008, tas-17 ta’ Jannar 2008, li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (ĠU L 15, p. 5).

    Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontestata hija sproporzjonata minħabba l-għażla tal-miżuri disponibbli għall-Kummissjoni u l-iżvantaġġi kkawżati fir-rigward tal-għanijiet imfittxija.


    Top