This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TB0176
Case T-176/09: Order of the General Court of 24 May 2011 — Government of Gibraltar v Commission (Action for annulment — Directive 92/43/EEC — Conservation of natural habitats and of wild fauna and flora — Decision 2009/95/EC — List of sites of Community importance for the Mediterranean biogeographical region — Inclusion in the site of Community importance called ‘Estrecho oriental’ of an area of the territorial waters of Gibraltar and of an area of the high seas — Partial annulment — Non-severability — Inadmissibility)
Kawża T-176/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Mejju 2011 — Il-Gvern ta’ Ġibiltà vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa — Deċiżjoni 2009/95/KE — Lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku Meditteranju — Inklużjoni fis-sit ta’ importanza Komunitarja msejjaħ ‘Estrecho oriental’ ta’ żona ta’ ilmijiet territorjali ta’ Ġibiltà u ta’ settur ta’ baħar miftuh — Annullament parzjali — Indiviżibbiltà — Inammissibbiltà” )
Kawża T-176/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Mejju 2011 — Il-Gvern ta’ Ġibiltà vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa — Deċiżjoni 2009/95/KE — Lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku Meditteranju — Inklużjoni fis-sit ta’ importanza Komunitarja msejjaħ ‘Estrecho oriental’ ta’ żona ta’ ilmijiet territorjali ta’ Ġibiltà u ta’ settur ta’ baħar miftuh — Annullament parzjali — Indiviżibbiltà — Inammissibbiltà” )
ĠU C 211, 16.7.2011, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/24 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2011 — Il-Gvern ta’ Ġibiltà vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-176/09) (1)
(Rikors għal annullament - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa - Deċiżjoni 2009/95/KE - Lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku Meditteranju - Inklużjoni fis-sit ta’ importanza Komunitarja msejjaħ ‘Estrecho oriental’ ta’ żona ta’ ilmijiet territorjali ta’ Ġibiltà u ta’ settur ta’ baħar miftuh - Annullament parzjali - Indiviżibbiltà - Inammissibbiltà)
2011/C 211/52
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Il-Gvern ta’ Ġibiltà (rappreżentanti: D. Vaughan u M. Llamas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u D. Recchia, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u S. Ossowski, aġenti, assistiti minn D. Wyatt, QC, u M. Wood, barrister)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad u M. Muñoz Pérez, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/95/KE, tat-12 ta’ Diċembru 2008, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku tal-Mediterranju (ĠU 2009, L 43, p. 393), sa fejn din testendi s-sit imsejjaħ “Estrecho Oriental” (ES6120032), bl-ilmijiet territorjali ta’ Ġibiltà (kemm ġewwa kif ukoll barra s-sit UKGIB0002) u b’settur ta’ baħar miftuh.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
(2) |
Il-Gvern ta’ Ġibiltà huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. |
(3) |
Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |