EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0050

Kawża F-50/11: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Parlament

ĠU C 186, 25.6.2011, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/36


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-50/11)

2011/C 186/69

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-AIPN li tagħti lir-rikorrent punt wieħed ta’ mertu għar-rapport ta’ evalwazzjoni 2009.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-20 ta’ Jannar 2011, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

tannulla d-deċiżjoni tal-AIPN, tal-11 ta’ Mejju 2010, mgħarrfa lir-rikorrent fis-27 ta’ Mejju 2010, li biha kienet ser tagħti lir-rikorrent punt wieħed biss ta’ mertu għar-rapport ta’ evalwzzjoni 2009;

tindika lill-AIPN l-effetti li jseħħu wara l-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati;

tordna li jingħataw EUR 2 000 lir-rikorrent bħala kumpens għad-danni morali subiti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


Top