EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0186

Kawża C-186/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fl- 20 ta’ April 2011 — Stanleybet International LTD, William Hill Organization Ltd u William Hill Plc vs Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon u Ypourgos Politismou

ĠU C 186, 25.6.2011, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fl-20 ta’ April 2011 — Stanleybet International LTD, William Hill Organization Ltd u William Hill Plc vs Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon u Ypourgos Politismou

(Kawża C-186/11)

2011/C 186/26

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stanleybet International LTD, William Hill Organization Ltd u William Hill Plc

Konvenuti: Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon u Ypourgos Politismou.

Domandi preliminari

(1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li, sabiex jintlaħaq l-għan li jikkonsisti f’li tiġi limitata l-offerta ta’ logħob tal-ażżard, tagħti d-dritt esklużiv ta’ amministrazzjoni, tmexxija, organizzazzjoni u operat tal-logħob tal-ażżard lil impriża waħda, li għandha l-istruttura ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata u li hija kkwotata fil-borsa, hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 43 u 49 KE, meta, minbarra dan, din l-impriża tirreklama l-logħob tal-azżard li hija torganizza u li hija għandha l-intenzjoni li torganizza f’pajjiżi barranin, fejn il-ġugaturi jipparteċipaw liberament u li l-ammont massimu ta’ mħatra u ta’ rebħa huwa ffissat skont bullettin u mhux minn ġugatur?

(2)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda preliminari, leġiżlazzjoni nazzjonali li, intiża esklużivament sabiex tkun miġġielda l-kriminalità permezz tal-eżerċizzju ta’ kontroll fuq l-impriżi li joperaw fis-settur inkwistjoni, b’mod li tagħmel mezz li dawn l-attivitajiet ikunu eżerċitati unikament ġewwa ċirkuwiti kkontrollati, tagħti d-dritt esklużiv ta’ amministrazzjoni, tmexxija, organizzazzjoni u operat tal-logħob tal-ażżard lil impriża waħda hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 43 u 49 KE, anki meta dan l-għoti għandu parallelament bħala effett espansjoni illimitata tal-offerta kkonċernata? Jew inkella huwa meħtieġ, f’kull każ, li, sabiex il-limitazzjoni inkwistjoni tiġi kkunsidrata bħala adegwata sabiex jitwettaq l-għan ta’ ġlieda kontra l-kriminalità, il-portata tal-offerta tkun, bi kwalunkwe mod, ikkontrollata, jiġifieri li hija estiża biss daqskemm huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ dan l-għan? Fil-każ fejn din l-espansjoni għandha assolutament tiġi kkontrollata, tista’ tiġi kkunsidrata bħala kkontrollata, minn din il-perspettiva, jekk dritt esklużiv jingħata fis-settur inkwistjoni lill-uniku korp li għandu l-karatteristiċi deskritti fl-ewwel domanda preliminari? Fl-aħħar nett, fil-każ fejn l-għoti tad-dritt esklużiv inkwistjoni huwa kkunsidrat bħala li jwassal għal espansjoni kkontrollata tal-offerta ta’ logħob tal-ażżard, dan l-għoti li jsir lil impriża waħda u unika jeċċedi dak li huwa neċessarju, fis-sens li l-istess għan jista’ wkoll effettivament jintlaħaq jekk dan id-dritt jingħata lil iktar minn impriża waħda?

(3)

Jekk, sussegwentement għaż-żewġ domandi preliminari msemmija iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-għoti, permezz tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti f’dan il-każ, tad-dritt esklużiv ta’ amministrazzjoni, tmexxija, organizzazzjoni u operat tal-logħob tal-ażżard ma huwiex kompatibbli mal-Artikoli 43 u 49: a) Huwa ammissibbli, fir-rigward ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tat-trattat, li l-awtoritajiet nazzjonali ma jeżaminawx, matul it-tul ta’ perijodu tranżitorju, neċessarju għall-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet kompatibbli mat-Trattat KE, id-domandi magħmula minn persuni legalment stabbiliti fi Stati Membri oħra bil-għan li jiġu eżerċitati l-attivitajiet ikkonċernati? b) F’każ ta’ risposta affermattiva, fuq il-bażi ta’ liema kriterji, it-tul ta’ dan il-perijodu tranżitorju huwa ffissat? ċ) Jekk perijodu tranżitorju ma huwiex ammissibbli, fuq il-bażi ta’ liema kriterji, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jevalwaw id-domandi kkonċernati?


Top