Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AP0170

    Miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni (Emenda tar-Regolament (KE) Nru 247/2006) ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta’ Mejju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni (COM(2009)0510 – C7-0255/2009 – 2009/0138(COD))
    P7_TC1-COD(2009)0138 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 18 ta’ Mejju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni

    ĠU C 161E, 31.5.2011, p. 257–258 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 161/257


    It-Tlieta 18 ta’ Mejju 2010
    Miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni (Emenda tar-Regolament (KE) Nru 247/2006) ***I

    P7_TA(2010)0170

    Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni (COM(2009)0510 – C7-0255/2009 – 2009/0138(COD))

    2011/C 161 E/32

    (Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2009)0510),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 36, 37 u 299(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0255/2009),

    wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u l-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 42, 43(2) u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ Marzu 2010 (1),

    wara li kkunsidra r-Regola 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0054/2010),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari stipulata hawn taħt;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni biex tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


    It-Tlieta 18 ta’ Mejju 2010
    P7_TC1-COD(2009)0138

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta’ Mejju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 641/2010.)


    Top